Avviżi – 19.10.2025 – Id-29 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 19/10, Il-Ġurnata Missjunarja:
- Nitolbu ħalli l-Mulej jimliena bil-ħeġġa biex inkomplu nxandru l-bxara t-tajba tal-Evanġelju u nitolbu lill-Madonna biex tbierek u tipproteġi lill-missjunarji kollha fil-ħidmiet varji tagħhom. Fid-djar irċevejtu bil-posta envelope li fih tistgħu tagħtu l-offerta billi tibgħatuh lill-Uffiċċju Missjunarju jew tħallu d-donazzjonijiet mal-Arċipriet jew fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti.
- It-Tnejn 20/10:
- Fis-7.00pm – L-Arċipriet jiltaqa’ mal-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien.
- It-Tlieta 21/10:
- Il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” ser issir fis-Sala tal-Komunità, ħdejn il-grawnd tal-futbol, mhux fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Fis-7.00pm – laqgħa għall-adolexxenti li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien.
- Il-Ħamis 23/10:
- Fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat u qrar għall-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma.
- Il-Ġimgħa 24/10:
- Fil-5.00pm jingħad Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija fi Triq Salvu Azzopardi. Ir-residenti taċ-ċentru tar-raħal mistiedna jattendu.
- Fis-7.00pm – Rehearsal u l-aħħar preparamenti għall-Griżma fil-Knisja Arċipretali.
- Is-Sibt 25/10:
- Mill-5.00pm sas-6.00pm – qrar fil-Knisja għall-ġenituri, parrini u dawk involuti fil-Griżma.
- Wara l-quddiesa tas-6.30pm ser tiġi inawgurata wirja dwar il-75 anniversarju mid-Domma tal-Assunta li ser tittella’ fil-Knisja stess u hija organizzata mill-Kumitat tal-Festa Esterna.
- Il-Ħadd 26/10, Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja
- Fid-9.30am – quddiesa li fiha jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni.
- Nibdlu l-ħin tal-quddiesa ta’ filgħaxija li tibda tkun fl-4.30 pm.
- Fil-quddiesa tal-4.30p.m. 43 adolexxent se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Matul din il-ġimgħa, tajjeb li nżommu lil dawn l-adolexxenti fit-talb tagħna.
- Avviżi oħra:
- Mill-Ġimgħa sal-Ħadd li ġej f’Dar Dun Ġwann Abela ser ikollna bejgħ ta’ kotba, oġġetti u rigali reliġjużi flimkien ma’ ħelu Malti.
- It-Tlieta 28/10 filgħodu l-Grupp tan-Nisa “Magnificat” ser jorganizza Ħarġa għall-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin f’Delimara. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp sal-Ħadd li ġej.
- Nhar is-Sibt, 1/11 l-Arċisqof qiegħed jistieden lill-parroċċi ddedikati lil Santa Marija biex fid-9.30am jieħdu sehem flimkien f’quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann biex jitfakkar il-75 anniversarju tad-Domma tal-Assunta. Mill-parroċċa tagħna se norganizzaw trasport. Dawk interessati jiġu għandhom jinkitbu fis-sagristija.
- Fost l-attivitajiet li l-parroċċa se torganizza biex jitfakkar l-anniversarju tad-Domma tal-Assunta, Akkademja Mużiko-Letterarja nhar il-Ġimgħa 7/11 fis-7.00pm u quddiesa ta’ radd il-ħajr is-Sibt 8/11 fis-6.30pm. Inħeġġiġkom minn issa biex nattendu għal dawn iż-żewġ okkażjonijiet.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 310 għall-proġett tal-lift taċ-Ċentru Parrokkjali. Nirringrazzjakom.
- Nitolbu għal Alberta Borg li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …



Ikkummenta