avvizi parrocca

Avviżi – 26.10.2025

Avviżi – 26.10.2025  –  It-30 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 26/10, Jum l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja (nhar is-26 ta’ Marzu 1939 mill-Isqof Mikiel Gonzi)
    • Fid-9.30am – Quddiesa li fiha jiġu nċensati s-slaleb tal-konsagrazzjoni.
    • Mil-lum il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fl-4.30pm (mhux fil-5.00pm). F’din il-quddiesa l-lejla 43 adolexxent se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Tkun ħaġa sabiħa li f’dawn il-ġranet inżommu b’mod speċjali lil dawn l-adoloxxenti f’talbna.
  2. Il-Ħamis 30/10:
    • Fis-7.00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija nistednukom ningħaqdu flimkien għal mument ta’ talb quddiem in-niċċa ta’ Santa Marija fejn ikollna rużarju animat bil-kant.
  3. Il-Ġimgħa 31/10:
    • Fil-5.00pm – Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar.
  4. Is-Sibt 01/11, Solennità tal-Qaddisin kollha u jum il-75 anniversarju mid-Domma tal-Assunta.
    • Fid-9.30am – L-Arċisqof se jmexxi quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, li għaliha qed jistieden b’mod speċjali lil dawk bħalna li ġejjin minn parroċċi ddedikati lill-Assunta. Minn Ħad-Dingli se norganizzaw trasport li jitlaq fit-8.15am minn ħdejn il-Knisja. Min hu mħajjar jattendi jinkiteb fis-sagristija.
    • Fis-6.30pm – Quddiesa kkonċelebrata.
  5. Il-Ħadd 02/11, L-Għid tal-Imwiet – Nitolbu għal ħutna l-mejtin:
    • Ġabra speċjali għall-proġett tal-lift fiċ-Ċentru Parrokkjali.
    • Fl-4.00pm – Pellegrinaġġ mill-Knisja saċ-Ċimiterju;
    • Fl-4.30pm – Quddiesa fiċ-Ċimiterju li fiha jsir it-tberik tal-oqbra. Matul Novembru ċ-ċimiterju jkun miftuħ kuljum: mis-7.30am sal-4.00pm. Iż-żjarat tagħna fiċ-ċimiterju għandhom ikunu mumenti ta’ talb, rispett u ġabra. Nappella wkoll li tinżamm l-indafa u nirringrazzja lill-voluntiera li jagħmluha possibbli li ċ-ċimiterju jinfetaħ.
  6. Avviżi oħra:
    • L-intenzjonijiet għall-quddiesa tas-sena d-dieħla b’suffraġju għall-familjari, qraba, u ħbieb mejtin tagħkom se jintlaqgħu b’formoli li jistgħu jinġabru minn fuq il-mejda tal-offerti min-nhar is-Sibt li ġej. Il-formoli tistgħu teħduhom, timlewhom id-dar, iġġibuhom il-Knisja u tħalluhom f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Kollox ser ikun spjegat fil-formoli. Min ikollu xi diffikulta’ jista’ jkellem lill-Arċipriet.
    • Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja, tinsab miftuħa fejn għandna għall-bejgħ kotba, rigali u oġġetti reliġjużi f’inizjattiva mal-Librerija Preca li se terġa’ ssir fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla wkoll. Għandna għall-bejgħ ukoll ħelu tradizzjonali Malti. Nistedinkom biex wara l-quddiesa tagħtu titwila.
    • Fil-ġranet li ġejjin se tirċievu fid-djar il-programm tal-attivitajiet li bih il-parroċċa se tfakkar il-75 anniversarju mill-proklamazzjoni tal-Assunta. Minn issa nistedinkom biex bħala ulied Ommna Marija nattendu bi ħġarna għal dak li se jiġi organizzat.
    • Fost l-oħrajn, kif tistgħu tinnutaw fil-Knisja l-Kumitat Festa Esterna qed itella’ wirja li tispjega dak li ġara fl-1 ta’ Novembru 1950 flimkien ma’ affarijiet interessanti li qed jiġu esebiti.
    • Il-Ġimgħa 7/11 fis-7.00pm se ssir Akkademja Mużiko-Letterarja fil-Knisja;
    • Is-Sibt 8/11 l-quddiesa tas-6.30pm se tkun ta’ radd il-ħajr lil Alla u lill-Madonna; u
    • l-Ħadd 9/11 se norganizzaw mument rikreattiv għal kulħadd b’ikla buffett, kollox inkluż, fin-12.30pm fit-Topaz Hotel, Buġibba. Min jixtieq ser ikollna trasport minn Ħad-Dingli li jitlaq f’12:00pm u lura wara. Kitba fis-sagristija jew għand il-membri tal-fundraising.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 1,100 li kien il-ġbir fil-Knisja l-Ħadd li għadda għall-missjoni;
    • € 100 f’donazzjonijiet b’risq il-Missjoni mill-envelopes; Min għadu ma tax l-envelop bid-donazzjoni tal-missjoni, jekk jogħġbu jibagħtu bil-posta jew iġibu u jitfgħu fl-offerti matul dil-ġimgħa ħalli nkunu nistgħu nibgħatuhom.
    • € 55 b’risq l-installazzjoni tal-lift taċ-Ċentru Parrokkjali. Grazzi.
  8. Nitolbu għal Mary Anne Gauci li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.