avvizi parrocca

Avviżi – 02.11.2025

Avviżi – 02.11.2025  –  L-Għid tal-Imwiet

  1. Illum 02/11, L-Għid tal-Imwiet – Nitolbu għal ħutna l-mejtin:
    • Fl-4.00pm jitlaq pellegrinaġġ mill-Knisja saċ-Ċimiterju;
    • Fl-4.30pm tibda quddiesa li fiha jsir it-tberik tal-oqbra. F’każ ta’ maltemp il-quddiesa ssir bħas-soltu fil-Knisja Arċipretali fl-4.30pm.
  2. It-Tlieta 04/11:
    • Fid-9.30am l-Grupp tan-Nisa “Magnificat” jiltaqa’ fil-Knisja Arċipretali għal laqgħa dwar il-75 sena tad-Domma tal-Assunta.
  3. L-Erbgħa 05/11:
    • Fl-4.30pm – Laqgħa tal-Leġjun ta’ Marija fil-Knisja b’mument ta’ katekeżi fuq id-Domma tal-Assunta. Stedina miftuħa għal kulħadd, speċjalment l-anzjani.
  4. Il-Ħamis 06/11:
    • Fil-5.30pm tibda laqgħa ferrieħa ta’ katekeżi għat-tfal dwar Marija Assunta fil-Knisja. Jitħabbru wkoll ir-rebbieħa tat-tpinġijiet tad-drawing books. Dakinhar it-tfal ma jkollhomx duttrina fil-M.U.S.E.U.M., biex jattendu għal din il-laqgħa fil-Knisja.
  5. Il-Ġimgħa 07/11, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am ikollna qrar fil-Knisja
    • Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja tibda fis-6.00pm, nofs siegħa qabel is-soltu.
    • Fis-7.00pm tibda Akkademja Mużiko-Letterarja fil-Knisja Arċipretali organizzata mill-parroċċa biex tfakkar l-anniversarju tad-Domma tal-Assunta. Kulħadd mistieden jattendi għal din l-okkażjoni li matulha se jindaqqu innijiet Marjani fosthom uħud popolari f’fommna u f’qalbna. Se nisimgħu wkoll il-kelma ta’ Monsinjur Carmelo Refalo, Rettur tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Inkunu lesti għat-8.30pm. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.
  6. Is-Sibt 08/11:
    • Fis-6.30pm tibda quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla u lill-Madonna fil-75 anniversaru tad-Domma tal-Assunta. Imexxi Mons. Joseph Sultana – Segretarju Pastorali tad-Djoċesi ta’ Għawdex u eks-Arċipriet tal-Katidral. Janimaw il-Kor Parrokkjali u l-banda Santa Marija. Bħala komunita’ parrokkjali mħeġġa nkunu flimkien għal din il-quddiesa. Għalhekk nhar is-Sibt ma jkollniex il-quddiesa tal-4.30pm biex nieħdu sehem fil-quddiesa tas-6.30pm.
  7. Il-Ħadd 09/11:
    • Fin-12.30pm – Ikla buffett, kollox inkluż, fit-Topaz Hotel, Buġibba. Għal min jixtieq ser ikollna trasport minn Ħad-Dingli li jitlaq f’12:00pm u lura wara. Kitba fis-sagristija jew għand il-membri tal-fundraising jew kif indikat fil-posters fin-notice boards tal-knisja.
  8. Avviżi oħra:
    • Nistendnukom iżżuru Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-knisja, fejn għandna għall-bejgħ diversi kotba u rigali reliġjużi u ħelu tradizzjonali Malti.
    • Beda jintlaqa’ l-booking tal-intenzjonijiet tal-quddiesa għas-sena 2026 b’suffraġju għall-familjari, qraba, u ħbieb mejtin tagħkom. Min jixtieq jagħmel dan mitlub jiġbor formola minn fuq il-mejda tal-offerti. Il-formoli tistgħu teħduhom magħkom id-dar, timlewhom, iġġibuhom magħkom il-Knisja u tħalluhom f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Kollox hemm spjegat fid-dettall fil-formoli. Min ikollu xi diffikulta’ jista’ jkellem lill-Arċipriet.
  9. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 20 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-Lift taċ-Ċentru;
    • € 920 bħala donazzjoni b’risq Hospice Malta mill-ġbir li sar fuq iz=-zuntier ftit taż-żmien ilu. Nirringrazzjawkom.
  10. Nitolbu għal Carmel Deguara li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.