Avviżi – 09.11.2025 – It-32 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Illum 09/11:
- Wara l-quddiesa tat-8.00am u tad-9.30am ser ikollna bejgħ ta’ Ħobż ta’ San Martin minn fuq iz-zuntier b’risq il-Kummissjoni Tfal Dinglin.
- F’12.00pm jitlaq it-trasport minn ħdejn il-Knisja għal dawk li bbukkjaw għall-ikla fit-Topaz Hotel.
- It-Tlieta 11/11:
- Il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa “Magnificat” ser issir fil-Knisja. Tibda fid-9.30am.
- Fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali f’Dar Dun Ġwann Abela.
- L-Erbgħa 12/11 u l-Ġimgħa 14/11:
- Bejn l-4.30pm u s-7.00pm, il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fl-Uffiċċju Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof. F’dawn il-jumejn jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.
- Il-Ġimgħa 14/11:
- Il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis-6.00 (mhux fis-6.30pm) biex fis-7.00pm tibda Akkademja Mużikali mtellgħa mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli.
- Il-Ħadd 16/11:
- Il-ġabra fil-quddiesa tkun għal-iskejjel tal-Knisja.
- Fid-9.30am – il-quddiesa tkun animata mid-Dingli Scouts bħala radd il-ħajr lil Alla f’għeluq id-90 sena mit-twaqqif tagħhom f’Ħad-Dingli.
- Avviżi oħra:
- L-Arċipriet jirringrazzja lil kull min ta’ sehmu u għall-attendenza sabiħa fl-inizjattivi kollha li ttieħdu biex fakkarna l-75 sena mill-proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunta. Dawk li ma setgħux ikunu preżenti għall-Akkademja Mużiko-Letterarja li ttellgħet b’suċċess il-Ġimgħa jistgħu jarawha fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa jew isibuha fuq l-istazzjon UTV fil-ħin li xxandret dirett, il-Ġimgħa fis-7.00pm.
- Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2026, għalissa mingħand dawk li għandhom ħuthom diġà jattendu fi skola tal-Knisja, dawk li huma mpjegati fi skola tal-Knisja, u dawk li qegħdin fi skola primarja tal-Knisja li ma għandhiex sekondarja marbuta magħha. Applikazzjonijiet oħra jintlaqgħu ‘il quddiem. L-informazzjoni kollha tinkiseb mill-iskejjel tal-Knisja u s-sit elettroniku: knisja.mt
- Beda jintlaqa’ l-booking tal-intenzjonijiet tal-Quddies għas-sena 2026 b’suffraġju għall-familjari, qraba, u ħbieb mejtin tagħkom. Min jixtieq jagħmel dan mitlub jiġbor formola minn fuq il-mejda tal-offerti. Il-formoli tistgħu teħduhom magħkom id-dar, timlewhom, iġġibuhom magħkom il-Knisja u tħalluhom f’envelope magħluq fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Hemm kollox spjegat fil-formoli. Min ikollu xi diffikulta’ jista’ jkellem lill-Arċipriet.
- Il-Ġimgħa 21/11: Fis-6:30pm – Quddiesa u wara attività għall-Irġiel kollha: Ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew fuq kif spjegar fil-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. It-trasport jitlaq fis-7.15pm. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom ukoll.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 750 bħala ġabra speċjali għall-proġett tal-Lift taċ-Ċentru;
- € 120 f’donazzjonijiet b’risq l-istess għan; u
- € 240 fil-ġabra li saret fiċ-ċimiterju għall-manutenzjoni tal-post. Nirringrazzajkom.



Ikkummenta