avvizi parrocca

Avviżi – 16.11.2025

Avviżi – 16.11.2025  –  It-33 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 16/11:
    • Fid-9.30am, il-quddiesa tkun animata mid-Dingli Scouts bħala radd il-ħajr lil Alla f’għeluq id-90 sena mit-twaqqif tagħhom ġewwa Ħad-Dingli.
  2. It-Tlieta 18/11:
    • Il-laqgħa tal-Grupp tan-Nisa Magnificat ser issir fil-Knisja Arċipretali u tibda fid-9.30am.
  3. L-Erbgħa 19/11:
    • Bejn l-4.00pm u s-6.30pm l-Għaqda tal-Kompensatriċi Nazzjonali ser torganizza laqgħa ta’ formazzjoni, li tinkludi l-quddiesa, bit-tema ‘Kristu Re’. Din ser issir fiċ-Ċentru Pastorali tal-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat. Min hu interessat jattendi jista’ jikseb aktar tagħrif mis-sagristija.
  4. Il-Ħamis 20/11:
    • Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  5. Il-Ġimgħa 21/11:
    • Fis-6.30pm – Quddiesa u wara attività għall-Irġiel: Ikla għand Taċ-Ċanti f’Ħaż-Żebbuġ. Booking mis-sagristija jew kif spjegat fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa sal-Erbgħa 19/11. Trasport jitlaq fis-7.15pm minn ħdejn l-għassa. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jistiednu ħbieb tagħhom ukoll.
  6. Il-Ħadd 23/11, Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu
    • Il-ġbir fil-quddies ikun b’risq il-festa esterna ta’ Santa Marija.
    • Fil-5.00pm – Ċelebrazzjoni Djoċesana mmexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna bit-Talba tal-Għasar u l-Barka Sagramentali fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Rè f’Raħal Ġdid.
  7. Avviżi oħra:
    • Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2026, mingħand dawk li għandhom ħuthom diġà jattendu fi skola tal-Knisja, dawk li huma mpjegati fi skola tal-Knisja, u dawk li qegħdin fi skola primarja tal-Knisja li ma għandhiex sekondarja marbuta magħha. Applikanti oħra, minn skejjel tal-Gvern u indipendenti, jkunu jistgħu japplikaw aktar ’il quddiem. Informazzjoni oħra tinkiseb mill-istess skejjel tal-Knisja u mis-sit elettroniku tal-Knisja: knisja.mt
    • Is-Sibt, 29/11 se jsir Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. L-attività tibda fil-5.15pm. Kitba fis-sagristija jew kif spjegat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
    • Bi tħejjija għall-Milied, qed nistiednu t-tfal fl-etajiet bejn is-7 u l-14-il sena biex jingħaqdu mal-Kor tat-Tfal ‘Joy of the Gospel’ għal waqt iċ-ċelebrazzjonijiet sbieħ li ser ikollna fosthom qabel il-quddiesa ta’ nofs il-lejl. Tfal li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu ikellmu lill-Arċipriet jew jattendu għar-rehearsal li jmiss, li ser isir nhar il-Ġimgħa 21/11, f’Dar Dun Ġwann Abela fil-5.30pm
  8. Nitolbu għal Carmen Conachy li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.