avvizi parrocca

Avviżi – 23.11.2025

Avviżi – 23.11.2025  –  L-34 Ħadd ta’ matul is-Sena

Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu

  1. Illum 23/11:
    • Wara l-quddiesa tat-8.00, tad-9.30 u tal-11.00am, il-Kummissjoni Tfal ser ikollha għall-bejgħ doughnuts minn fuq iz-zuntier.
    • Fil-5.00pm tibda Ċelebrazzjoni Djoċesana tal-festa ta’ Kristu Rè mmexxija minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna bit-Talba tal-Għasar u l-Barka Sagramentali. Din ser issir fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid.
  2. It-Tlieta 25/11:
    • Fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa “Magnificat” fil-Knisja Arċipretali.
  3. Il-Ħamis 27/11:
    • Fis-7.00pm ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  4. Il-Ħadd 30/11, ikun l-Ewwel Ħadd tal-Avvent u jingħata bidu għal sena liturġika ġdida, is-Sena A:
    • Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal u l-familji li fiha jsir it-tberik tal-girlanda tal-Avvent.
  5. Avviżi oħra:
    • Għaċ-ċelebrazzjoni tal-Lejl tal-Milied fil-Knisja qed nagħmlu stedina lil tfal u adolexxenti, f’etajiet bejn is-7 u s-16-il sena, biex jieħdu sehem fil-kant jew fil-qari. Min hu interessat għandu jinkiteb fis-sagristija jew ikellem lill-Arċipriet. Dawn li jixtiequ jieħdu sehem fil-kant jistgħu jattendu għar-rehearsal li jmiss tal-Kor tat-Tfal li ser isir nhar il-Ġimgħa 28/11 fil-5.30pm f’Dar Dun Ġwann Abela, ħdejn il-Knisja.
    • L-Azzjoni Kattolika Maltija qed taċċetta l-abbonamenti għall-gazzetta b’ispirazzjoni Kattolika f’Malta, Il-Leħen, għas-sena li ġejja. Aktar dettalji fin-notice boards tal-Knisja.
  6. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 425 bħala ġabra għall-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja;
    • € 360 mill-irġiel waqt ikla organizzata mill-parroċċa; u
    • € 100 f’donazzjonijiet għall-proġett tal-lift taċ-Ċentru. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.