Avviżi – 30.11.2025 – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
- Illum 30/11, nagħtu bidu għal Sena Liturġika ġdida
- Fid-9.30am tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal u l-familji bit-tberik tal-girlanda tal-Avvent.
- It-Tlieta 02/12:
- Fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Il-Ħamis 04/12:
- Fis-7.00pm jkollna adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
- Il-Ġimgħa 05/12, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom.
- Il-Ħadd 07/12,
- Ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali b’risq il-proġett tal-lift taċ-Ċentru; u ser ikollna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali ta’ dan iż-żmien tas-sena.
- It-Tnejn 08/12, Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni:
- Fid-9.30am – Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, li fiha tliet seminaristi fosthom Daniel Abela, mill-parroċċa tagħna, se jintlaqgħu b’mod uffiċċjali mill-Arċisqof bħala kandidati għas-saċerdozju. Għal dawk li jixtiequ jkunu preżenti se norganizzaw trasport li jitlaq minn ħdejn l-għassa fit-8.15am. Min hu mħajjar jinkiteb fis-sagristija.
- Is-Sibt 13/12:
- Il-Kumitat Festa Esterna ser jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal direttament fid-djar fil-ħin ta’ nofsinhar jew filgħaxija. L-ordnijiet jintlaqgħu fis-sagristija jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’.
- Avviżi oħra:
- Għal sena oħra, il-parroċċa qed tistieden lil min jixtieq joffri rigal għal żmien il-Milied lit-tfal residenti f’Dar Fra Diegu biex jiġbor mingħand il-membri adulti tal-Kummissjoni Tfal envelope bl-informazzjoni kollha ta’ x’għandu jsir.
- Mill-ġimgħa d-dieħla, fuq wara tal-knisja ser ikollna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel li se jingħataw bħala għajnuna lill-familji fil-bżonn.
- Dawk li jixtiequ jesebixxu presepji jew bambini fil-wirja li l-grupp tal-abbatini se jtellgħu fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena għandhom jiġbru formola ta’ parteċipazzjoni minn fuq il-mejda tal-offerti li fiha aktar dettalji dwar din il-wirja, u wara jgħaddihielna mimlija biex isiru l-preparamenti meħtieġa.
- Infakkru lit-tfal u l-adolexxenti f’etajiet ta’ bejn is-7 u s-16-il sena li jixtiequ jieħdu sehem fil-programm tal-Lejl tal-Milied biex jinkitbu fis-sagristija sa tmiem din il-ġimgħa.
- Il-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex li l-parroċċa torganizza kull sena bil-btajjel tal-Milied, ser issir nhar it-Tnejn 29 ta’ Diċembru. Fis-sagristija bdew jintlaqgħu l-ismijiet ta’ dawk li se jiġu.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 200 f’donazzjonijiet għall-proġett tal-lift taċ-Ċentru. Grazzi.



Ikkummenta