Avviżi – 21.12.2025 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
- Illum 21/12, ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
- Fid-9.30am – Quddiesa għat-tfal u l-familji. Inħeġġu lit-tfal u l-adolexxenti iġibu bambin jew presepju żgħir biex inberkuhom. Wara jiġu ppreżentati rigali lil Dar Fra Diegu.
- Il-wirja tal-presepji u l-bambini fil-Kappella tal-Maddalena tkun miftuħa sal-4.00pm.
- Inħeġġu biex fl-aħħar jiem tal-Avvent inħejju ruħna sewwa permezz tas-sagrament tal-qrar u billi nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ġimgħa d-dieħla ser ikollna ħinijiet ddedikati apposta għall-qrar:
- Nhar it-Tnejn u t-Tlieta bejn is-5.45pm u s-6.30pm; u
- Nhar l-Erbgħa (lejlet il-Milied) bejn is-6.30am u s-7.30am; u mill-5:00pm ’il quddiem u nerġgħu mill-10.15pm ’il quddiem.
- It-Tnejn 22/12:
- Mit-8.00am ‘il quddiem ser isir il-ħasil tal-knisja. Napprezzaw l-għajnuna ta’ min jista’ jiġi jagħti daqqa t’id.
- It-Tlieta 23/12, l-aħħar jum tan-Novena:
- Fis-6.00pm – Kulħadd mistieden jieħu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin li tibda mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien u ddur f’diversi toroq tar-raħal;
- Fis-6.30pm – quddiesa tal-aħħar jum tan-Novena fil-Knisja; u
- Fis-7.15pm – tidħol il-Purċissjoni bil-Bambin fil-Knisja u jsir programm speċjali.
- L-Erbgħa 24/12, Lejlet il-Milied:
- Fil-5.30pm jingħad l-Ewwel Għasar tal-Milied;
- Fis-6.00pm ir-Rużarju;
- Fis-6.30pm ikollna quddiesa tal-Vġili tal-Milied, li fi tmiemha tingħata l-Barka sagramentali.
- Filgħaxija mbagħad nistiednu lil kulħadd biex niċċelebraw it-tifrkita tal-veru Milied flimkien. Il-Knisja tiftaħ fl-10.15pm biex fil-10.45pm tibda velja ta’ qari u kant f’ambjent ta’ ġabra. Aktar tard, ix-xbieha ta’ Ġesu’ Bambin titqiegħed fuq l-altar għall-qima tagħna, issir il-Prietka tal-Mllied u f’nofsillejl tibda l-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.
- Il-Ħamis 25/12, il-Milied:
- Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5.00pm.
- Is-Sibt 27/12:
- Fis-6.30pm – Quddiesa għall-familji animata mill-Grupp Familji Nsara ‘Sagra Familja’. Mistiedna speċjali dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ din is-sena.
- Il-Ħadd 28/12:
- Il-Knisja f’Malta ser ittemm is-sena ddedikata lill-Ġublew tat-Tama b’quddiesa fis-6.00pm fil-Katidral tal-Imdina mmexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Kulħadd mistieden.
- It-Tnejn 29/12:
- Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Nitilqu minn Ħad-Dingli fit-8:00am, immorru għall-quddiesa f’Ta’ Pinu. Se nżuru presepji u l-atmosfera tal-Milied fi tliet lokalitajiet: l-Għarb, ir-Rabat u Għajnsielem. L-ikla ta’ nofsinhar issir f’Marsalforn. Niġu lura mal-vapur tas-7:30pm. Dawk imħajra jiġu għandhom jinkitbu fis-sagristija.
- Avviżi oħra:
- Illum għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali tal-Milied minn Dar Dun Ġwann Abela. Wara l-quddiesa nagħtu titwila.
- L-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq fil-jiem li ġejjin u jerġa’ jiftaħ nhar it-Tlieta 13/01/2026.
- Fil-jiem li ġejjin se jasal it-tagħmir tal-lift għaċ-Ċentru Parrokkjali biex il-binja kollha tkun aċċessibbli għal kulħadd. L-installazzjoni ssir fil-bidu tas-sena d-dieħla. Matul din il-ġimgħa daħlu €60 bħala donazzjoni għal dan il-proġett. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk li f’dan iż-żmien qed iġibu l-offerta tagħhom għall-proġett tal-lift fl-envelope li tqassam fid-djar. Inħeġġu ‘l dawk li għadhom ma ġabux l-envelope biex jagħtu wkoll l-offerta tagħhom.



Ikkummenta