avvizi parrocca

Avviżi – 28.12.2025

Avviżi – 28.12.2025  –  Festa tal-Familja Mqaddsa

  1. Illum 28/12, il-Knisja f’Malta tagħlaq il-Ġublew 2025 – Pellegrini tat-Tama:
    • Fis-6:00pm Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna se jmexxi quddiesa fil-Katidral tal-Imdina. Kulħadd mistieden.
  2. It-Tnejn 29/12:
    • Fit-8.00am jitlaq it-trasport minn ħdejn l-għassa għall-ħarġa ta’ ġurnata Għawdex. Fadal l-aħħar ftit postijiet. Jekk hawn min hu interessat jiġi jista’ jidħol jinkiteb fis-sagristija.
  3. It-Tlieta 30/12: Nagħtu bidu għall-Kwaranturi.
    • Mit-8.00am ‘il quddiem ikollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali li tibqa’ għaddejja l-ġurnata kollha sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.
    • Inħeġġukom tiddedikaw ħin biex tiġu l-Knisja tressqu t-talb personali, waqt li nitolbu wkoll għall-familji, għall-parroċċa u għall-paċi fid-dinja.
    • F’dawn il-jiem il-Kappella tal-Adorazzjoni tkun magħluqa.
  4. L-Erbgħa 31/12:
    • It-tieni u l-aħħar jum tal-kwaranturi fejn għal darb’oħra l-Knisja tibqa’ miftuħa l-ġurnata kollha bi stedina lil kulħadd isib ħin għat-talb u l-adorazzjoni quddiem Ġesú Sagramentat.
    • Bejn il-5.30pm u s-6.15pm ikollna qrar fil-knisja.
    • Fis-6.30pm – nagħlqu s-sena flimkien biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa li fiha nroddu ħajr lil Alla għas-sena 2025 u f’għeluq it-347 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum, u tingħata l-Barka Sagramentali.
  5. Il-Ħamis 1/1, Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi.
    • Għandna l-obbligu li nieħdu sehem fil-quddiesa u għalhekk il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5:00pm.
    • Il-ġbir fil-quddies ikun strina għas-sagristana li huma volontiera.
  6. Il-Ġimgħa 2/1, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;
    • Fit-8.30am u fis-5.45pm ikun hawn qrar fil-Knisja.
  7. Is-Sibt 3/1:
    • Il-Knisja f’Malta qed tistieden lill-koppji li żżewġu matul l-2025 għal quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju, Monsinjur Joseph Galea Curmi, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Il-quddiesa tibda fil-5.30pm.
  8. Il-Ħadd 4/1, Solennità tal-Epifanija tal-Mulej.
    • Fid-9.30am – Quddiesa li għaliha mistiedna b’mod speċjali l-familji u t-tfal.
  9. Avviżi oħra:
    • Fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti qed jintlaqgħu l-envelopes bid-donazzjoni għall-kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” għad-Dar tal-Providenza. Kulħadd mistieden iżur ‘l din id-dar nhar l-1/1 waqt Open Day.  Il-flus miġbura mill-parroċċa tagħna se jiġu ppreżentati dakinhar filgħaxija waqt il-Festa ta’ Ġenerożità.
    • Il-biljetti tal-lotterija organizzata mill-Kumitat Festa Esterna qed jintlaqgħu sas-Sibt 03/01 fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti. Il-lotterija titla’ l-għada, il-Ħadd 04/01.
    • L-Uffiċċju Parrokkjali jerġa’ jiftaħ it-Tlieta 13 ta’ Jannar.
  10. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 180 f’donazzjonijiet għail-proġett tal-lift taċ-Ċentru. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk li ġabu l-envelope bid-donazzjoni tal-familja għal dan il-proġett u nħeġġu ‘l min għadu ma wasslux biex iħallih waqt il-ġbir jew fil-kaxxa ta’ fuq il-mejda tal-offerti. Grazzi lil kulħadd.
  11. Nitolbu għall-erwieħ ta’ John Baptist Ebejer, Matteo Scicluna u Annie Bonnici li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.