avvizi parrocca

Avviżi – 01.02.2026

Avviżi – 01.02.2026 –  Ir-4 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Infakkru li minħabba x-xogħol li qed isir fil-knisja, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu qed jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja. Intennu l-appell tagħna lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8.00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd issir normali fil-Knisja Arċipretali. Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw lil kulħadd tal-koperazzjoni u lil dawk kollha li qed jgħinu b’mod volontarju fix-xogħol u fit-tindif.
  2. Illum 01/02:
    • Għall-quddiesa tad-9.30am qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal li din is-sena ser jirċievu s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina jew tal-Griżma tal-Isqof, u l-ġenituri tagħhom.
    • F’Dar Dun Ġwann Abela (jew fuq iz-zuntier) għandna Bake & Cake Sale b’riżq Missio Malta organizzat mill-Kummissjoni Tfal.
  3. It-Tnejn 02/02, Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju – Il-Kandlora – u Jum il-Ħajja Kkonsagrata:
    • Fis-6.30pm – Quddiesa bit-tberik tax-xemgħa li hi simbolu ta’ Ġesu’, id-dawl tagħna.
  4. Il-Ġimgħa 06/02, ikun l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom.
    • Fis-5:45pm ikollna servizz ta’ qrar iċ-Ċentru Parrokkjali.
  5. Is-Sibt 07/02:
    • Mill-5.15pm ’il quddiem ser ikollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif avżat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  6. It-Tlieta 10/02, tkun is-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.
    • Infakkru li dakinhar għandna l-obbligu li nieħdu sehem fil-quddies, bil-ħinijiet ikunu bħal dawk ta’ nhar ta’ Ħadd u l-quddiesa ser isir fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  7. Avviżi oħra:
    • Sa nhar l-Erbgħa 4/02 ser jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja għal dawk li ġejjin minn skejjel tal-Gvern u indipendenti. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja: knisja.mt fit-taqsima: ‘Skejjel tal-Knisja’.
    • Din is-sena se nibdlu l-aħħar kwart tal-kaptelli tal-wiċċ tal-oqbra tal-komun fiċ-Ċimiterju. Għaldaqstant lejn l-aħħar ta’ Frar ser jitnaddfu l-oqbra tal-komun min-numru 13 sa 25. Dawk li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra tal-komun li semmejt għandhom ikellmu lill-Arċipriet fejn jixtiequ li jitrasferixxu l-fdalijiet tal-għeżież tagħhom: jekk hux f’xi qabar privat jew fil-kannierja taċ-ċimiterju. Napprezza l-ġenerożità tagħkom biex inħallsu l-ispejjeż li dan ix-xogħol qed jirrikjedi u b’hekk inkomplu nwettqu l-manutenzjoni meħtieġa biex nieħdu ħsieb dan il-post għażiż.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 70 f’ donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja u l-proġett tal-lift taċ-Ċentru Parrokkjali. Grazzi.
  9. Nitolbu għal ruħ Nikola Farrugia, li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.