Avviżi – 04.01.2026 – Solennità tal-Epifanija tal-Mulej
- Illum 04/01, l-Epifanija tal-Mulej.
- Fid-9.15am qed nistiednu lill-familji u t-tfal ikunu fil-Knisja biex issir purċissjoni qasira flimkien mal-Maġi fil-knisja u li tagħti bidu għall-quddiesa tad-9.30am. Fi tmiem il-quddiesa jingħataw il-premjijiet tal-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju, tieqa u faċċata mżejna għal żmien il-festi. Dawn huma r-rebbieħa:
- Presepju – Kategorija Adulti
- 1. Michael Farrugia
- 2. Rosanne Curmi
- 3. Laurence Mamo
- 3. Raymond Fenech
- Presepju – Kategorija Adulti
- Fid-9.15am qed nistiednu lill-familji u t-tfal ikunu fil-Knisja biex issir purċissjoni qasira flimkien mal-Maġi fil-knisja u li tagħti bidu għall-quddiesa tad-9.30am. Fi tmiem il-quddiesa jingħataw il-premjijiet tal-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju, tieqa u faċċata mżejna għal żmien il-festi. Dawn huma r-rebbieħa:
Nota: Il-ġurija ddeċidiet li fit-tielet post għandhom jiġu ppremjati żewġ presepji billi ġabu l-istess punti fil-klassifika.
-
-
- Presepju – Kategorija Żgħar
- Lucas Scicluna
- Ella May Falzon
- Matteo Sammut
- L-Isbaħ Tieqa Mżejna
- Familja Fenech
- Pauline Sultana
- Louis Saliba
- L-Isbaħ Faċċata Mżejna
- Familja Fenech
- Presepju – Kategorija Żgħar
- Fid-9.30am tibda quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt, li fiha tliet seminaristi fosthom Daniel Abela, mill-parroċċa tagħna, se jingħata l-ministeru tal-Lettorat mill-Arċisqof.
-
- It-Tlieta 06/01:
- Fid-9.30am – Ikomplu l-laqgħat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali.
- Il-Ħamis 08/01:
- Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Is-Sibt 10/01:
- Fil-5.30pm – Monsinjur Arċisqof ser imexxi quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, u għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-għarajjes li ser jiżżewġu matul din is-sena.
- Il-Ħadd 11/01, Festa tal-Magħmudija tal-Mulej.
- Ikollna l-ġabra speċjali għax-xahar ta’ Jannar.
- Avviżi oħra:
- Matul din il-ġimgħa l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
- F’isem id-Direttur u l-Istaff tad-Dar tal-Providenza ngħidilkom grazzi u prosit tal-ġenerożità li ntweriet bl-għotja sabiħa ta’ € 5,115 permezz tal-kampanja ‘Minn Qalbna lill-Anġli’.
- Fi żmien il-Milied ukoll, bl-inizjattiva tal-Kummissjoni Tfal inġabru ’l fuq minn 60 rigal li ngħataw lit-tfal u l-adolexxenti ta’ Dar Fra Diegu.
- Permezz ta’ oġġetti li ġibtu fil-knisja tqassmu 26 hamper lill-familji fil-bżonn.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 220 f’donazzjonijiet għall-proġett tal-Lift taċ-Ċentru. Grazzi wkoll lil dawk li qegħdin iwasslu l-envelope bl-offerti għal dan l-għan.



Ikkummenta