avvizi parrocca

Avviżi – 11.01.2026

Avviżi – 11.01.2026  –  Il-Magħmudija tal-Mulej

  1. Bdew it-tħejjijiet biex jitkompla x-xogħol ta’ tqaxxir u ż-żebgħa mill-ġdid tal-Knisja minn ġewwa. Imissna issa l-parti tan-nofs, il-korsija. Bil-għan li x-xogħol isir b’ritmu tajjeb u jitnaqqas l-inkonvenjent għal kulħadd, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dan l-arranġament jidħol fis-seħħ mit-Tnejn 19/01. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd isir normali fil-Knisja Arċipretali. Nappellaw minn issa biex meta jibda x-xogħol kull min jista’ jgħin fit-tindif u l-ħasil tal-Knisja li ser ikun qed isir nhar ta’ Ġimgħa filgħodu. Grazzi tal-għajnuna.
  2. Il-Ħamis 15/01:
    • Fis-7.00pm jkollna adorazzjoni komunitarja quddiem Ġesù sagramentat.
  3. Il-Ħadd 18/01:
    • Fil-parroċċa tagħna niċċelebraw Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa’ qabel il-quddiesa tal-4.30pm jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali fil-knisja.
  4. Is-Sibt 24/01:
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba fis-sagristija jew kif spjegat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  5. Avviżi oħra:
    • Infakkar li l-Kappella tal-Adorazzjoni fl-Oratorju Sależjan tkun miftuħa kuljum, inkluż u s-Sibt u l-Ħadd, bejn is-7.30am u d-9.00pm. Dan hu post għat-talb fis-skiet quddiem Ġesú Ewkaristija. Tajjeb li nersqu fi ħdan il-Mulej f’din il-kappella għal ftit ħin ta’ talb. Is-Salesjan, Dun Karm Sacco, qed ikun disponibbli għall-qrar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn il-5.00pm u s-6.00pm; u l-Ħamis filgħodu wkoll bejn id-9.00 u l-10.00.
    • Il-kartolini li rċevejna dan il-Milied nistgħu niġbruhom u nirriċiklawhom b’risq il-missjoni. Min irid jista’ jħallihom f’kaxxi apposta ħdejn il-bibien tal-knisja.
    • Bħalma għamilna s-sena li għaddiet, it-tberik tal-familji se jinqasam f’żewġ partijiet: parti żgħira qabel ir-Randan u l-parti l-kbira wara l-Għid. L-ewwel parti tat-tberik ser issir min-nofs Jannar sa’ nofs Frar. Dettalji se jintbagħtu lill-familji kkonċernati u se jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin fil-paġna ta’ facebook tal-parroċċa u fin-notice boards tal-Knisja.
  6. Fiċ-Ċentru Parrokkjali beda jiġi installat il-lift. Għalhekk, matul il-ġimgħa d-dieħla ċ-ċentru se jinżamm magħluq u laqgħat skedati, bħal tal-Grupp tan-Nisa Magnificat it-Tlieta filgħodu u l-Leġjun ta’ Marija l-Erbgħa wara nofsinhar, ser isiru fil-Knisja. Nirringrazzjaw lil kull min qed jgħin finanzjarjament biex dan il-proġett isir. Mill-envelopes li tqassmu fid-djar s’issa nġabret is-somma ta’ €1,566 waqt li din il-ġimgħa ngħataw b’€60 oħra f’donazzjonijiet. Inħeġġukom issegwu l-aġġornamenti dwar dan il-proġett mill-facebook tal-parroċċa, u mill-ġdid grazzi lil kulħadd għall-koperazzjoni bil-kontribuzzjonijiet tagħkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.