avvizi parrocca

Avviżi – 18.01.2026

Avviżi – 18.01.2026  –  It-2 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Illum 18/01:
    • Fil-parroċċa tagħna niċċelebraw Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00am sa qabel il-quddiesa tal-4.30pm jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni personali fil-Knisja. Inħeġġiġkom tiġu tfaħħru isem il-Mulej, titolbu għall-bżonnijiet tagħkom, u b’riparazzjoni għad-dagħa.
  2. Minn għada t-Tnejn 19/01 jibda x-xogħol ta’ tqaxxir ta’ żebgħa fil-parti tan-nofs tal-Knisja biex eventwalment tinżebgħa mill-ġdid kif sar is-sena li għaddiet f’partijiet oħra tal-Knisja. Għalhekk, fil-ġimgħat li ġejjin l-quddiesa kollu mit-Tnejn sas-Sibt se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nhar ta’ Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja. Qegħdin nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8.00am ‘il quddiem jkun magħna fil-Knisja. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd issir normali fil-Knisja Arċipretali. Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-koperazzjoni u l-għajnuna li qiegħda tingħata.
  3. It-Tnejn 19/01:
    • Jibdew iż-żjarat u t-tberik tal-familji, bl-ewwel parti tkun mil-lum sa nofs Frar u mbagħad inkomplu wara l-Għid. L-Arċipriet u s-saċerdoti qed jidħlu għal dan l-impenn li jżuru u jbierku d-djar kollha tal-parroċċa tagħna. It-tberik isir mill-4.00pm ‘il quddiem u ser nibdew bid-djar fi Triq il-Parroċċa u Triq il-Knisja. Il-familji fejn ser isir it-tberik f’din l-ewwel parti qed jirċievu programm u dettalji fi djarhom.
  4. It-Tlieta 20/01:
    • Fid-9.30am – Laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali bil-kelliem għal din il-ġimgħa jkun nutar. Kulħadd mistieden.
    • Fis-7.15pm – Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  5. Il-Ħamis 22/01:
    • Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  6. Il-Ġimgħa 23/01:
    • Fis-6.30pm – Servizz Ekumeniku Djoċesan fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara fil-Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat. Kulħadd mistieden.
  7. Is-Sibt 24/01:
    • Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’ sa nhar l-Erbgħa.
  8. It-Tlieta 27/01:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jorganizza ħarġa għall-Ġnien tal-Argotti, ġewwa l-Furjana. Kitba għand il-membri tal-grupp.
  9. Is-Sibt 31/01 u l-Ħadd 01/02:
    • Fuq iz-zuntier ser ikollna Bake & Cake Sale mill-Kummissjoni Tfal biex ngħinu lil Missio Malta.
  10. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 725 mill-ġabra speċjali fil-Knisja għall-proġett tal-lift fiċ-Ċentru; u
    • € 10 bħala donazzjonijiet bl-istess għan. Nirringrazzjawkom.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.