avvizi parrocca

Avviżi – 25.01.2026

Avviżi – 25.01.2026 –  It-3 Ħadd ta’ matul is-Sena u Ħadd il-Kelma t’Alla

  1. Infakkru li minħabba x-xogħol li qed isir fil-knisja, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu qed jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja. Nirringrazzjaw ħafna lil dawk li ġew diġà jgħinu u nagħmlu sejħa lil kull min jista’ – nisa u rġiel – biex jgħinuna f’din il-biċċa xogħol. Il-ħasil tal-Knisja jsir il-Ġimgħa mit-8.00am ‘il quddiem.  Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd isir normali fil-Knisja Arċipretali. Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw ħafna lil kulħadd tal-koperazzjoni u lil kull min qed jgħin b’mod volontarju.
  2. It-Tlieta 27/01:
    • Fid-8.45am jitlaq it-trasport għal dawk li se jmorru l-ħarġa organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ għall-Ġnien tal-Argotti fil-Floriana.
  3. Il-Ħamis 29/01:
    • Fis-7:00pm – Adorazzjoni komunitarja quddiem Ġesù sagramentat.
  4. Is-Sibt 31/01 u l-Ħadd 01/02:
    • Fuq iz-zuntier, ser ikollna Bake & Cake Sale b’riżq Missio Malta organizzat mill-Kummissjoni Tfal.
  5. Il-Ħadd 01/02:
    • Ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għax-xogħol ta’ manutenzjoni fil-Knisja u għall-proġett tal-lift taċ-Ċentru Parrokkjali.
    • Fid-9.30am – quddiesa li għaliha qed nistiednu b’mod speċjali lit-tfal li din is-sena ser jirċievu s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina jew tal-Griżma tal-Isqof, u l-ġenituri tagħhom.
  6. Is-Sibt 07/02:
    • Mill-5:15pm ’il quddiem ser ikollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  7. Avviżi ta’ tagħrif dwar xogħlijiet u proġetti:
    • Bejn l-Erbgħa 28/01 u l-Erbgħa 4/02 ser jintlaqgħu l-Applikazzjonijiet online għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja għal dawk li ġejjin minn skejjel tal-Gvern u indipendenti. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja: www.knisja.mt fis-Sezzjoni: ‘Skejjel tal-Knisja’.
    • Għal min jixtieq, ser inkunu qegħdin niġbru l-irċevuti tal-VAT ħalli nibgħatuhom għal-lotterija tal-irċevuti fiskali li titla’ kull xahar. Min jixtieq jgħin b’dan il-mod jista’ jħalli l-ircevuti ta’ dan ix-xahar fil-kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti.
  8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 15 bħala donazzjoni b’risq il-manutenzjoni tal-knisja u l-proġett tal-lift taċ-Ċentru Parrokkjali. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.