avvizi parrocca

Avviżi – 01.03.2026

Avviżi – 01.03.2026  –  It-2 Ħadd tar-Randan

  1. Din ser tkun l-aħħar ġimgħa fejn mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8.00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja. Mis-Sibt filgħaxija, il-quddies jibda jsir normali fil-Knisja Arċipretali. Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw lil kulħadd tal-koperazzjoni u lil dawk kollha li qed jgħinu b’mod volontarju fix-xogħol u fit-tindif.
  2. Mit-Tnejn 02/03 sal-Ġimgħa 06/03:
    • Fid-9.00am – Quddiesa fiċ-Ċentru Parrokkjali;
    • Fid-9.30am – Eżerċizzi għal kulħadd fis-sala taċ-ċentru stess. Imexxi Dun Jonathan Debattista.
    • Infakkru li t-Tlieta, l-eżerċizzi se jieħdu forma ta’ ħarġa-irtir għand is-Sorijiet Benedittini tal-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu. Dawk li jridu jiġu għandhom jinkitbu sal-lum għand il-membri tal-Kumitat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’.
  3. It-Tlieta 03/03:
    • Fis-6.00pm, fil-Katidral tal-Imdina se tiġi ċċelebrata quddiesa b’suffraġju għal ruħ l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. f’għeluq l-ewwel sena minn mewtu. Kulħadd mistieden.
  4. L-Erbgħa 04/03:
    • Fis-7.15pm – Laqgħa fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-Fratelli bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeġġu lill-fratelli preżenti, lil dawk li kienu, u lil irġiel li jixtiequ jingħaqdu mal-grupp tal-fratelli biex jattendu.
  5. Il-Ħamis 05/03:
    • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni fiċ-ċentru.
    • Fis-7.15pm – Laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
  6. Il-Ġimgħa 06/03, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Filgħodu jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom; u
    • Fis-5.45pm jkollna servizz ta’ qrar fiċ-Ċentru.
  7. Is-Sibt 07/03:
    • Mill-5:15pm ’il quddiem ser ikollna Afternoon Tea u Tombla fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kitba fis-sagristija jew kif indikat fil-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
  8. Mit-Tnejn 09 sal-Ġimgħa 13/03:
    • Inħeġġu lill-koppji, lill-mexxejja tal-familji u lill-għarajjes biex fis-7.00pm jkunu hawnhekk fil-Knisja biex jisimgħu kelma ta’ ġid u ħsibijiet spiritwali għar-Randan waqt eżerċizzi li se jitmexxew minn Mons. Frans Abdilla.
  9. Mill-Ġimgħa 13/03 sal-Ħadd 15/03, kif ukoll il-weekend ta’ wara:
    • Fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali ser ikollna l-Bring & Buy b’riżq il-parroċċa fejn ikollna għall-bejgħ oġġetti ta’ kuljum u għad-dar, kotba, toys, u ħelu tradizzjonali ta’ dan iż-żmien tas-sena. Ser jittieħdu wkoll ordnijiet għall-figolli li mbagħad jitwasslu fid-djar eqreb għall-Għid.
  10. Avviżi oħra:
    • Tfal minn 7 snin ‘il fuq li jixtiequ jissieħbu fil-kor tat-tfal Joy of the Gospel jistgħu jattendu għar-rehearsal li jmiss, nhar il-Ġimgħa li ġej fil-5.15pm f’Dar Dun Ġwann Abela.
    • Infakkar fil-ġesti ta’ karità li qed ninkoraġġixxu f’dan ir-Randan:
      • Ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn;
      • Qed jintlaqgħu donazzjonijiet għall-karità fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti, bil-flus miġbura ser jingħataw lill-Community Chest Fund u lis-Segratarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika.
      • Il-karus ta’ mħabba li tqassam lit-tfal ser ikun għal dan il-għan ukoll. Tfal li ma ġabrux il-karus jistgħu jiġu jieħdu wieħed minn ħdejn l-ambone.
    • Din is-sena, fil-Ġimgħa Mqaddsa filgħaxija l-parroċċa ser torganizza:
      • Pellegrinaġġ għar-Redentur tar-Rabat – nhar it-Tnejn 30/03;
      • Riflessjoni dwar l-aħħar seba’ kelmiet ta’ Ġesù – it-Tlieta 31/03; u
      • Taħdita dwar il-Liżar ta’ Turin – L-Erbgħa 01/04.
  11. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 40 f’donazzjonijiet għax-xogħlijiet fil-Knisja. Nirringrazzjakom.
  12. Nitolbu għal ruħ Innoċenz Attard li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

 

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.