avvizi parrocca

Avviżi – 08.02.2026

Avviżi – 08.02.2026  –  Il-5 Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Kif tistgħu tosservaw, fil-jiem li għaddew tkompla x-xogħol fil-korsija tal-Knisja. Matul din il-ġimgħa wkoll, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ġimgħa filgħodu jsir il-ħasil tal-Knisja u qed nagħmlu sejħa lil kull min jista’ jgħin biex il-Ġimgħa mit-8:00am ‘il quddiem jiġi jagħti daqqa t’id. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd isir normali fil-Knisja Arċipretali. Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw lil kulħadd tal-koperazzjoni, lil dawk kollha li qed jgħinu b’mod volontarju fix-xogħol u fit-tindif, u lil min qiegħed jikkontribwixxi għall-ispejjeż.
  2. It-Tlieta 10/02 hi s-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta:
    • Infakkar li għandna l-obbligu li nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa bil-ħinijiet ikunu bħal tal-Ħadd. Il-Quddies ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali f’dawn il-ħinijiet: 6.30, 8.00, 9.30 u 11.00am. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fl-4.30pm.
  3. Il-Ħamis 12/02:
    • Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni; u
    • Fis-7.15pm tibda laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
  4. Il-Ħadd 15/02:
    • Il-ġbir fil-Knisja jkun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa u ta’ barra ta’ Santa Marija; u
    • F’Dar Dun Ġwann Abela jkollna bejgħ ta’ ħelu Malti.
  5. It-Tlieta 17/02:
    • Il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ ser jorganizza ħarġa edukattiva għat-tempji neolitiċi ta’ Ħal Tarxien. Kitba għand il-membri tal-kumitat tal-grupp.
  6. Avviżi oħra:
    • Il-ġimgħa d-dieħla mill-4:00pm ‘il quddiem ikompli t-tberik tal-familji kif ippjanat, u t-Tnejn 16/02 ser isir it-tberik li kellu jinqabeż minħabba l-maltemp, jiġifieri Misraħ Ġuże’ Abela u Misraħ Frenċ Abela, u t-toroq Santu Rokku, id-Dejqa, u l-Kunċizzjoni.
    • Is-Sibt 21/02 – Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija.  Kitba fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
    • L-Erbgħa 25/02 – Mis-7.00am ’il quddiem fiċ-Ċimiterju ser isir it-tindif tal-oqbra tal-komun, minn numri 13 sa’ 25. Familjari li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra mitluba jikkuntatjaw lill-Arċipriet.
  7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 950 mill-ġabra speċjali ta’ tmiem il-ġimgħa għall-manutenzjoni tal-knisja u l-proġett tal-lift taċ-Ċentru Parrokkjali;
    • € 340 f’donazzjonijiet bl-istess għan; u
    • l-Kummissjoni Tfal se tagħti lil Missio Malta € 900 li kellha fi dħul mill-Bake & Cake Sale. Grazzi lil kulħadd.
  8. Fl-aħħarnett, il-parroċċa qed tippubblika r-rendikonti finanzjarji tal- festa ta’ Santa Marija li ċċelebrajna s-sena li għaddiet:
    • Il-festa ta’ ġewwa swiet €17,554.34; id-dħul għaliha kien ta’ €17,967.61; u għalhekk fadal bilanċ ta’ €413.27.
    • Il-festa ta’ barra, li f’isem il-parroċċa jieħu ħsiebha l-Kumitat Festa Esterna, swiet €36,249.57. Id-dħul ammonta għal €38,038.71 u għalhekk ġie reġistrat bilanċ ta’ €1,789.14. Ir-rendikont sħiħ jinsab pubblikat għall-informazzjoni ta’ kulħadd fin-notice-boards ta’ barra l-knisja.
    • L-Arċipriet, il-kleru u l-Kumitat tal-Festa Esterna jirringrazzjaw lil kulħadd tal-għajnuna finanzjarja li ngħatat kif ukoll lil diversi persuni li jagħtu ħinhom mingħajr ma jieħdu xejn lura biex seta’ jsir dan kollu u f’Awwissu ttellgħet festa lill-patruna tagħna Santa Marija.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.