Avviżi – 15.02.2026 – Is-6 Ħadd ta’ matul is-Sena
- Ix-xogħol fil-knisja kompla għaddej u matul din il-ġimgħa wkoll, mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu l-quddies kollu se jiġi ċċelebrat fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nirringrazzjaw lil dawk li qed jgħinu volontarjament fit-tindif u l-ħasil u nħeġġu lil kull min jista’ jgħin biex nhar il-Ġimgħa mit-8:00am ‘il quddiem jiġi l-Knisja.
- Illum 15/02:
- F’Dar Dun Ġwann Abela għandna għall-bejgħ ħelu Malti fosthom tal-Karnival. Nistednukom tagħtu titwila.
- It-Tlieta 17/02:
- Fid-8.45am jitlaq it-trasport għal dawk li se jmorru l-ħarġa edukattiva organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ għat-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien.
- L-Erbgħa 18/02, l-Erbgħa tal-Irmied, il-bidu tar-RANDAN Imqaddes: Dakinhar hemm l-obbligu għas-sawm u l-astinenza.
- Fil-quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied bħala sinjal ta’ indiema, konverżjoni u penitenza.
- Filgħaxija se niltaqgħu fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet:
- Mis-5.45pm is-saċerdoti ser ikunu disponibbli għall-Qrar;
- Fis-6.00pm jibda mument ta’ talb; u
- Fis-6.30pm tibda l-quddiesa li fiha niċċelebraw iċ-Ċentralità tas-salib f’dan iż-żmien speċjali għall-Knisja. Il-quddiesa tkun bis-sehem tal-abbatini, il-kor parrokkjali u l-fratelli. Inħeġġeġ lil kulħadd jattendi biex nagħtu bidu flimkien għall-mixja ta’ 40 ġurnata li twassalna għall-akbar festa għalina l-insara.
- Matul ir-Randan, nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa fis-6.00pm tintalab il-Via Sagra minflok ir-Rużarju.
- Il-Ħamis 19/02:
- Fis-7.00pm jkollna mument ta’ adorazzjoni; u
- Fis-7.15pm ssir laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet għall-ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
- Is-Sibt 21/02:
- Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba sa nhar l-Erbgħa fis-sagristija, fiċ-Ċentru jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
- L-Erbgħa 25/02:
- Fis-7.00am ‘il quddiem fiċ-Ċimiterju ser isir it-tindif tal-oqbra tal-komun min-numri 13 sa 15. Familjari li għandhom qraba midfuna f’dawn l-oqbra u għadhom ma kellmux lill-Arċipriet huma mħeġġa jagħmlu hekk mill-aktar fis.
- Mill-4.00pm sas-6.30pm – L-Għaqda Kompensatriċi qed torganizza irtir fiċ-Ċentru Parrokkjali tar-Rabat. Min jixtieq jattendi jista’ jinkiteb fis-sagristija sal-Ħadd li ġej 22/02.
- Is-Sibt 28/02:
- Mis-7.00pm ‘il quddiem, il-Kor ‘Regina Coeli’ tal-parroċċa tagħna ser jieħu sehem f’Festival tal-Korijiet li ser jittella’ fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Min jixtieq jattendi dakinhar li ser ikanta’ l-kor tagħna jista’ jinkiteb fis-sagristija biex jingħaqad fit-trasport li ser ikun pprovdut.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 45 f’donazzjonijiet għax-xogħol li għaddej fil-Knijsa u għall-lift taċ-Ċentru Parrokkjali. Nirringrazzjakom.



Ikkummenta