Avviżi – 15.03.2026 – Ir-4 Ħadd tar-Randan
- Illum 15/03:
- Fid-9.30am – quddiesa bis-sehem tat-tfal li għamlu l-Ewwel Qrara;
- Bejn it-8.30am u nofsinhar membri tal-Kummissjoni Tfal ser ibiegħu zeppoli fuq iz-zuntier.
- It-Tlieta 17/03:
- Fid-9.30am – Laqgħa oħra organizzata mill-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ fiċ-Ċentru Parrokkjali bil-kelliem ikun in-Nutar Joseph Tabone.
- Il-Ħamis 19/03; il-Knisja tiċċelebra s-solennità ta’ San Ġużepp.
- Tajjeb li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddies li jkun fil-ħinijiet bħal ta’ matul il-ġimgħa u se tiżdied quddiesa fit-8.30am.
- Il-Ġimgħa 20/03:
- Fis-7.00pm – Lejla ta’ kant u mużika fil-Knisja Arċipretali mill-Kor tat-Tfal ‘Joy of the Gospel’ u mit-tfal tal-‘Malta Cello Academy’ biex magħhom nitolbu lil Ġesù Msallab: minnu ħniena, maħfra u paċi . . . għall-paċi fostna u fid-dinja, kontra kull mibegħda, vjolenza u gwerra. Kulħadd mistieden.
- Is-Sibt 21/03:
- Qed nistiednu lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ biex filgħodu mmorru nżuru lil “Kristu fil-Ħabs” – Via Sagra b’differenza li tikkonsisti f’Eeebizzjoni artistika ispirata minn riflessjonijiet u esperjenzi reali minn dawk li għexu jew għadhom jgħixu r-realtà tal-ħabs. Nitilqu minn ħdejn il-Knisja ta’ Ħad-Dingli fid-9.00am. Min hu mħajjar jiġi jinforma lill-Arċipriet jew jibgħat messaġġ fuq il-facebook tal-parroċċa.
- Il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba sa nhar l-Erbgħa fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.
- Avviżi oħra:
- Fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali jkompli l-Bring & Buy b’riżq il-proġetti tal-parroċċa, speċjalment biex inkopru l-ispejjeż marbuta mal-lift tal-istess Ċentru. Issibu tixtru oġġetti ġodda jew second hand bi prezzijiet tajbin. Għandna wkoll ħelu tradizzjonali għal dan iż-żmien tas-sena, ordinijiet ta’ figolli tal-Għid u taqsima b’kotba u rigali reliġjużi adattati għall-Ġimgħa Mqaddsa. Ta’ min tagħtu titwila wara l-quddiesa. Il-Bring & Buy jerġa’ jkun miftuħ mill-Ġimgħa 20/03 sal-Ħadd 22/03.
- Infakkar ukoll li:
- Il-karita’ matul dan ir-Randan se tmur għall-Malta Community Chest Fund u għas-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika. Min jixtieq jagħti donazzjonijiet għal dan il-għan jista’ jħallihom mas-saċerdoti jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti;
- Lit-tfal tqassmilhom il-karus ta’ imħabba bil-flus li jħallu fih ikunu għal dawn l-għanijiet ukoll. Jekk hawn xi tfal m’għandhomx karus jistgħu jiġbru wieħed minn ħdejn l-ambone u jġibuh lura f’Ħadd il-Palm u fil-jiem ta’ wara.
- It-Tnejn 30/03, fil-Ġimgħa Mqaddsa, qegħdin norganizzaw Pellegrinaġġ għar-Redentur tar-Rabat. Nitilqu minn Ħad-Dingli lejn il-knisja ta’ Ta’ Ġieżu, r-Rabat fil-4.45pm. Inħeġġukom nattendu flimkien bħala komunità parrokkjali.
- L-Erbgħa 08/04, li tkun l-Erbgħa ta’ wara l-Għid qed norganizzaw ħarġa ta’ ġurnata Għawdex. Booking fis-sagristija, għand il-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’ jew fil-paġna ta’ facebook tal-parroċċa.
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 50 f’donazzjonijiet għax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-parroċċa. Nirringrazzjawkom.



Ikkummenta