Avviżi – 22.03.2026 – Il-5 Ħadd tar-Randan
- Mit-Tnejn 23/03 sal-Ħamis 26/03:
- Filgħaxija jkollna l-aħħar kors ta’ eżerċizzi tar-Randan fil-Knisja, miftuħ għal kulħadd, li jsir fil-quddiesa tas-6.30pm. Imexxi Dun Ġorġ Scerri MSSP. Inħeġġeġ għal attendenza b’widnejn u qalb miftuħa.
- Il-Ħamis 26/03: Jum ir-Rikonċiljazzjoni.
- Ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja bejn is-6.30am u s-7.30am u filgħaxija mis-5.45 ‘il quddiem.
- Il-Ġimgħa 27/03, Festa Devozzjonali tad-Duluri:
- Il-quddies fil-Knisja jiġi ċċelebrat: fis-6.00 u s-7.30am, f’12:00pm bis-sehem tat-tfal tal-iskola, u filgħaxija jkollna quddiesa fil-5.30 u oħra wara l-purċissjoni.
- Il-purċissjoni toħroġ għall-ħabta tas-6.15pm u tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġużè Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa.
- Is-Sibt 28/03:
- Fl-10.00am – Tiġi inawgurata għall-pubbliku l-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li l-grupp tal-Abbatini qed jorganizza fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum, bit-tema: ‘Mit-Tifrik għall-Glorja’.
- Filgħaxija wara l-quddiesa tal-4.30pm tingħad it-talba tal-għasar u l-quddiesa l-oħra tkun fis-6.00pm, nofs siegħa qabel is-soltu minħabba l-pageant organizzat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija li jsir is-Sibt li ġej filgħaxija.
- Il-Ħadd 29/03, Ħadd il-Palm u bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa:
- Fid-9.00am ninġabru fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien għat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ u minnhemmhekk nitilgħu f’purċissjoni lejn il-Knisja.
- Fid-9.30am Inkomplu bil-quddiesa. Dakinhar it-tfal jippreżentaw il-Karus ta’ Imħabba b’għotjiet għall-Malta Community Chest Fund. Il-programm dettaljat tal-Ġimgħa Mqaddsa se jitqassam fid-djar u jkun ukoll fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa. Inħeġġukom issegwuh u tieħdu sehem.
- Avviżi oħra:
- Infakkar fil-ġesti ta’ karità li qed ninkuraġġixxu f’dan ir-Randan:
- Ħdejn il-bibien tal-Knisja għandna kaxxi biex inġibu affarijiet u oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn; u
- Min jixtieq jagħti donazzjonijiet għall-karità jista’ jħallihom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti jew mas-saċerdoti, bil-flus miġbura ser jingħataw lill-Community Chest Fund, u lis-Segratarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
- Fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali jkompli l-Bring & Buy b’riżq il-proġetti tal-parroċċa, speċjalment biex inkopru l-ispejjeż marbuta mal-lift taċ-Ċentru stess. Qiegħed jinbiegħ ukoll ħelu ta’ dan iż-żmien, u kotba u rigali reliġjużi. Illum l-aħħar ċans biex tagħtu titwila wara l-quddies.
- Fid-djar se jitqassmu envelopes biex ngħinu ħidmet il-Kumitat Festa Esterna fil-ħarsien tal-armar tal-festa ta’ Santa Marija u biex ikompli b’investiment ġdid f’dan is-settur. L-envelopes bid-donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti fil-knisja; fil-kaxxa tal-ittri tad-Dar Parrokkjali; jew f’kaxxi f’xi ħwienet f’Ħad-Dingli stess kif hemm spjegat fuq l-envelope u fil-flyer li se jitqassam miegħu.
- It-Tnejn 30/03 fil-Ġimgħa Mqaddsa, bħala parroċċa se nieħdu sehem fil-Pellegrinaġġ bix-xbieha tar-Redentur fir-Rabat. Il-parroċċa se torganizza trasport li jitlaq minn Ħad-Dingli fil-4.45pm u nkunu lura għat-8.00pm. Dawk interessati jużaw it-trasport tal-parroċċa jistgħu jinkitbu fis-sagristija.
- Fis-sagristija u fuq il-facebook tal-parroċċa qed jittieħdu ordnijiet ta’ figolli u għall-Ħarġa ta’ Ġurnata Għawdex li se tiġi organizzata l-Erbgħa ta’ wara l-Għid.
- Infakkar fil-ġesti ta’ karità li qed ninkuraġġixxu f’dan ir-Randan:
- Il-ġabra fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għas-Seminarju laħqet is-somma ta’ €1,000. Ir-Rettur u l-komunità tas-Seminarju bagħtu jirringrazzjawna u jħeġġuna nkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet. Din il-ġimgħa daħlet ukoll donazzjoni ta’ €10 għall-proġetti ta’ manutenzjoni fil-parroċċa.



Ikkummenta