Avviżi – 29.03.2026 – Ħadd il-Palm
- Illum 29/03:
- Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa. Fid-9.00am ninġabru fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien biex issir iċ-ċerimonja tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Fid-9.30 tibda quddiesa solenni fil-Knisja li fiha t-tfal jippreżentaw il-karus ta’ imħabba. Inħeġġiġkom issegwu l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa li tqassam fi djarkom u ssegwu l-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’ għad-dettalji kollha dwar il-funzjonijiet, is-servizz tal-qrar u inizjattivi oħra.
- It-Tnejn 30/03:
- Bħala parroċċa se nieħdu sehem fil-Pellegrinaġġ wara l-vari tar-Redentur u tad-Duluri li joħorġu fis-6.45pm mill-Knisja Ta’ Ġieżu fir-Rabat. Għal min jixtieq ser ikollna trasport li jitlaq fil-4.45pm minn ħdejn l-għassa ta’ Ħad-Dingli biex qabel il-pellegrinaġġ nitolbu r-Rużarju u nieħdu sehem fil-quddiesa. Kitba għat-trasport sal-lum fis-sagristija.
- It-Tlieta 31/03:
- Fis-7.00pm ser ikollna pellegrinaġġ wara xbieha tal-Kurċifiss fit-toroq taċ-ċentru tar-raħal b’riflessjonijiet dwar l-aħħar seba’ kelmiet ta’ Ġesu’. Kulħadd mistieden.
- L-Erbgħa 01/04:
- Fis-7.15pm fil-Knisja tibda laqgħa informattiva dwar ‘Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont il-Liżar ta’ Turin’. Il-laqgħa tieħu siegħa.
- Il-Ħamis 02/04, Ħamis ix-Xirka:
- Filgħodu l-Knisja tiftaħ għal mument ta’ talb fis-7.30am. Dakinhar l-unika quddiesa fil-parroċċa tkun dik tas-6.30 p.m. li tkun konċelebrazzjoni solenni li tfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija u s-Saċerdozju. Fit-8.15 u fid-9.15 p.m. jkollna Viżti Organizzati. Fl-10.15 tibda siegħa adorazzjoni. Wara, il-knisja tibqa’ miftuħa sa nofsillejl għal talb privat.
- Il-Ġimgħa 03/04, Jum il-Ġimgħa l-Kbira:
- Għandna l-obbligu tas-sawm u l-astinenza. Fis-7.00, it-8.30 u l-10.30 a.m. ikollna viżti organizzati. Fit-8.00 a.m. mistiedna ningħaqdu mas-saċerdoti għat-talb tal-uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. Fid-9.30 a.m. nistiednu lit-tfal kollha għal ħin ta’ talb fil-Knisja. Wara nofsinhar, il-funzjoni solenni li tfakkar il-Passjoni tal-Mulej tibda fit-3.00.
- Is-Sibt 04/04, Sibt il-Għid:
- Fis-7.30am isir mument ta’ talb miftuħ għal kulħadd fil-Knisja. Filgħaxija, fis-6.30 ikollna servizz ta’ qrar u fit-8.00pm nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili ta’ l-Għid. Nistednukom iġġibu magħkom xemgħa ħamra u qanpiena għall-mument tal-Glorja . . .
- Il-Ħadd 05/04, L-Għid il-Kbir:
- Il-quddiesa tad-9.30 a.m. tkun għat-tfal kollha u se tiġi organizzata mill-Kummissjoni Tfal. Wara, inkomplu fuq iz-zuntier bit-tberik tal-figolli li t-tfal ikunu ġabu magħhom.
- Nhar Ħadd il-Għid wara l-quddiesa tal-4.30 p.m. joħroġ il-Vjatku Solenni. Dan hu servizz ieħor li l-parroċċa qed tagħti lill-morda tagħna billi twasslilhom fi djarhom l-Ewkaristija fl-akbar festa tal-knisja. Dawk li jixtiequ jitqarbnu fi djarhom fl-Għid għandhom ikellmu lill-Arċipriet jew lil xi ħadd mis-saċerdoti sa nhar il-Ġimgħa.
- Avviżi oħra:
- Qed nitolbu l-għajnuna tagħkom:
- Fit-tindif u l-ħasil tal-Knisja li ser isir nhar it-Tlieta mit-8.00 am ‘il quddiem; u
- Sal-Erbgħa filgħaxija se nilqgħu fil-Knisja fjuri bojod, weraq (bħal belladonna) u palm żgħir biex isiru l-arranġamenti għall-Artal tar-Repożizzjoni. Nirringrazzjawkom bil-quddiem.
- Fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena għaddejja wirja mtella’ mill-grupp tal-Abbatini. Il-preżenza tagħna tkun turija ta’ apprezzament għax-xogħol li għamlu.
- Infakkru fl-għotjiet għall-proġetti ta’ armar ġdid għall-festa, bl-envelopes li tqassmu fid-djar tistgħu tħalluhom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti, fil-kaxxa tal-ittri tad-Dar Parrokkjali jew f’kaxxi fi ħwienet li hemm imniżżla fuq l-envelope stess.
- L-ordnijiet tal-figolli b’riżq il-parroċċa se jibqgħu jintlaqgħu fis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook sal-lum.
- l-Erbgħa 08/04 ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Kitba fis-sagristija jew għand il-membri tal-kumitat tal-Grupp tan-Nisa ‘Magnificat’.
- Qed nitolbu l-għajnuna tagħkom:
- Matul din il-ġimgħa daħlu:
- € 60 f’donazzjonijiet għax-xogħol ta’ manutenzjoni fil-knisja.
- Nitolbu għall-erwieħ ta’ Mario Muscat (mir-Rabat li kien soċju tal-M.U.S.E.U.M. fil-qasam ta’ Ħad-Dingli) u għal Theresa Farrugia, li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .



Ikkummenta