avvizi parrocca

Avviżi – 05.04.2026

Avviżi – 05.04.2026  –  L-Għid il-Kbir

  1. Illum 05/04, l-Għid il-Kbir:
    • L-Arċipriet jingħaqad ma’ Monsinjur Louis Camilleri, Dun Christopher Bugeja, il-komunita’ Salesjana, u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex jawgurawlkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Jirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti fl-organizazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li jirrikjedu ħafna xogħol mill-qalb u b’mod volontarju. Wasslu l-awgurju lill-familjari u l-qraba kollha.
    • Il-quddiesa tad-9.30am tkun organizzata għat-tfal kollha tal-parroċċa u wara, fuq iz-zuntier, isir it-tberik tal-figolli li t-tfal ikunu ġabu magħhom.
    • Wara l-quddiesa tal-4.30pm joħroġ il-Vjatku Solenni tal-morda bis-sehem tal-fratelli u l-abbatini.
  2. L-Erbgħa 08/04:
    • Infakkru lil dawk li ġejjin il-ħarġa għal Għawdex li t-tluq tat-trasport ser ikun fis-7.30am minn ħdejn l-għassa.
  3. Il-Ħadd 12/04, It-2 Ħadd tal-Għid – Ħadd il-Ħniena Divina:
    • Fl-4.00pm tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat; u
    • fil-5.00pm tibda l-quddiesa.
    • Minn dakinhar, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5.00
  4. Avviżi oħra:
    • Il-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq. It-tberik tal-familji jibda mill-ġimgħa ta’ wara u tul iż-żmien tat-tberik l-uffiċċju jkun miftuħ il-Ħamis filgħaxija biss.
    • Infakkru fl-envelopes li tqassmu fid-djar bħala għajnuna għall-armar tal-festa. Tistgħu tħallu l-envelope bid-donazzjoni tagħkom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti, fil-kaxxa tal-ittri tad-Dar Parrokkjali jew f’kaxxi li hemm fil-ħwienet skont kif indikat fuq l-envelopes stess.
    • Se tibqa’ miftuħa matul il-ġimgħa d-dieħla sal-Ħadd li ġej, il-wirja mtellgħa mill-Grupp tal-Abbatini fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Inħeġġukom titilgħu taraw ix-xogħol li l-abbatini qed jippreżentaw.
  5. Matul din il-ġimgħa daħlu:
    • € 20 f’donazzjonijiet b’risq il-manutenzjoni tal-knisja. Grazzi.
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.