Nhar it-28 ta’ Novembru 2020, il-Papa Franġisku nnomina lil Dun Ivan Camilleri bħala Isqof Awżiljarju ta’ Toronto fil-Kanada u Isqof Titulari ta’ Teglata fin-Numidia. Il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli laqgħet bil-ferħ din l-aħbar billi missier l-Isqof, Benjamin, hu iben ir-raħal tagħna fejn għex sakemm iżżewweġ u mar joqgħod Tas-Sliema. Il-familja Camilleri emigrat lejn il-Kanada fl-1980. Monsinjur Ivan Camilleri għandu 52 sena, ġie ordnat saċerdot nhar it-12 ta’ Mejju 2007, u isqof nhar il-25 ta’ Jan ...
Patri Pawl Muscat OSA
Din is-sena hu mument speċjali għal iben ir-raħal tagħna: Patri Pawl Muscat OSA. Hu qiegħed ifakkar il-ġublew tad-deheb mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.
Il-Festa ta’ Santa Marija fl-2020
L-ewwel waħda waqt il-pandemija tal-Covid-19 Iċ-ċirkustanzi kienu straordinarji. L-isfidi kbar. Effett tar-restrizzjonijiet tal-pandemija, il-festa titulari lil Santa Marija għas-sena 2020 kienet partikulari f’kull sens. Il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli ma’ waqfitx man-nostalġija ta’ tifkiriet sbieħ ta’ snin oħra jew m’għamlet xejn, iżda ċċelebrat it-tlugħ fis-sema ta’ Ommna Marija b’diversi inizjattivi pastorali u ċelebrazzjonijiet liturġiċi. MARIO MICALLEF jagħti ħarsa lejn kif ġiet iċċelebrata ...
Fr Philip Grech – Salesjan ta’ Don Bosco
100 sena mit-twelid tal-ewwel surmast tal-Kulleġġ Savio f’Ħad-Dingli Għal ħafna snin, Fr Philip Grech għex fir-raħal tagħna bħala parti mill-komunita’ Salesjana. F’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ dan l-awtur Salesjan, SAVIO D. BORG ilaqqagħna mal-karattru ta’ dan il-bniedem disponibbli u akkoljenti, saċerdot umli u twajjeb, persuna maħbuba u rispettata li tat ħajjitha f’servizz ħalli tinbena soċjetà aħjar. Fr Philip twieled nhar il-11 ta’ Mejju, 1921, f’Ħaż-Żebbuġ. Hu iben Pietru u ...
Meta d-Duka ġie Ħad-Dingli!
Nhar id-9 ta’ April 2021 tħabbret il-mewt tal-Prinċep Philip, Duka ta’ Edinburgh, fl-età ta’ 99 sena. Fl-1954, ir-Reġina Eliżabbetta II u żewġha d-Duka ta’ Edinburgh għamlu żjara uffiċċjali f’Malta. Wieħed mill-impenji li kellu l-Prinċep Philip ġabu proprju fir-raħal tagħna, għal żjara lill-proġett tal-grawnd tal-futbol. Sa fejn hu magħruf din kienet l-uniku darba li hu żar Ħad-Dingli. MARIO MICALLEF jikteb dwar x’ġara fl-għodwa ta’ nhar is-6 ta’ Mejju 1954. L-artiklu hu bbażat fuq tagħrif u ri ...