Cover with text 2021

Festa 2021

Il-Programm tal-Festa

Il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl-Ewkaristija

Fil-bidu tal-Kwindiċina, il-parroċċa qed tagħmel stedina lil kulħadd biex din is-sena nibdew il-mixja tagħna għall-festa flimkien madwar l-Ewkaristija.

Bejn it-8.00 a.m. u s-6.00 p.m., il-knisja se tkun miftuħa għal mumenti ta’ talb u adorazzjoni privata quddiem Ġesù Sagramentat. Min jixtieq jista’ jattendi fil-Kappella tal-Adorazzjoni, f’Dar Don Bosco.

8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani.

6.00 p.m. Rużarju.

6.00 p.m. Qrar minn konfessur barrani.

6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Imexxi l-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley. Wara, issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Is-Sibt, 7 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-benefatturi tal-parroċċa.

Fil-quddiesa ta’ filgħaxija nagħmlu l-offerta tagħna għall-karità fi żmien il-festa li din is-sena se tmur għall-missjoni mmexxija mill-patrijiet Dumnikani Maltin fl-Albanija.

Filgħaxija wkoll se tingħata l-opportunita’ ‘l min jixtieq biex jirreġistra bħala donatur tal-organi. Fil-knisja ser ikun hemm membri tal-Kummissjoni Djakonija jilqgħu applikazzjonijiet mingħand persuni interessati.

4.30 p.m. Quddiesa.

5.45 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

6.00 p.m. Qrar minn konfessur barrani.

6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Matthew Pulis li fiha niftakru b’mod speċjali fil-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa.

Il-Ħadd, 8 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nuru s-solidarjetà tagħna mal-oħrajn u nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa.

Fil-quddies kollu nagħmlu l-offerta tagħna għall-karità fi żmien il-festa li din is-sena se tmur għall-missjoni mmexxija mill-patrijiet Dumnikani Maltin fl-Albanija.

Fil-quddies kollu se tingħata l-opportunita’ ‘l min jixtieq biex jirreġistra bħala donatur tal-organi. Fil-knisja ser ikun hemm membri tal-Kummissjoni Djakonija jilqgħu applikazzjonijiet mingħand persuni interessati.

Mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m., għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġuże’ Abela.

8.30 a.m. L-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley, jinawgura Child Care & Educational Centre fi proprjetà tal-parroċċa fi Triq il-Ġnien. Iċ-ċentru hu operat mill-privat. Illum iċ-ċentru jibqa’ miftuħ sa 12.00 p.m. għal min jixtieq iżur din il-faċilità ġdida.

9.30 a.m. Quddiesa, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

It-Tnejn, 9 ta’ Awwissu

6.30 p.m. Quddiesa mill-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley f’Misraħ Frenċ Abela. Tieħu sehem il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Fi tmiem issir il-funzjoni tal-Kwindiċina. Dawk li se jattendu jridu jirreġistraw minn qabel id-dettalji personali tagħhom fis-sagristija jew fil-każin tal-banda.

It-Tlieta, 10 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għal ħutna l-mejtin

6.00 p.m. Rużarju

6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Vincent Magro MSSP li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-Erbgħa, 11 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares liż-żgħażagħ tagħna

6.00 p.m. Rużarju

6.30 p.m. Quddiesa u wara funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8.00 p.m. Quddiesa fil-knisja għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tal-parroċċa. Imexxi r-Rev. Jake Mamo SDB, direttur ta’ Dar Don Bosco.

Il-Ħamis, 12 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit-tfal tagħna

5.00 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

5.30 p.m. Quddiesa miftuħa għal kulħadd.

6.30 p.m. Quddiesa fil-knisja għat-tfal kollha tal-parroċċa (mal-ġenituri tagħhom). Jiċċelebra r-Rev. Jean Claude Schembri, saċerdot novell.

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares ‘l għaqdiet u l-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli

6.00 p.m. Rużarju

6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof ta’ Tirana-Durres fl-Albanija, Mons. George Frendo OP. Mistiedna speċjali l-Kunsill Lokali u l-membri ta’ każini u għaqdiet soċjali, kulturali u sportivi. Fi tmiem, issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Is-Sibt, 14 ta’ Awwissu – Il-Vġili ta’ Santa Marija

9.00 a.m. Quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Imexxi r-Rev. Wistin Attard OFM Cap. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ‘l-morda.

4.30 p.m. Quddiesa.

5.45 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

6.00 p.m. Qrar minn konfessur barrani.

6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi fi ħdan il-parroċċa. Wara, issir l-inawgurazzjoni tar-restawr tad-Domus mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, l-Onor. Dr Ian Borg.

Il-Ħadd, 15 ta’ Awwissu – L-Għid tal-Assunta

Open Day tad-Domus bejn it-8.30 a.m. u 12.00 p.m. u bejn l-4.30 u s-6.00 p.m. Kulħadd mistieden iżur din il-binja storika li tmiss mad-Dar Parrokkjali u japprezza sena u nofs xogħol biex ġiet restawrata.

9.30 a.m. Quddiesa tas-solennità tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna. Jiċċelebra l-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley. Għal din il-quddiesa mistiedna speċjali l-ġenituri u l-ulied li twieldu minn Lulju 2019 sa Lulju 2020. Dawn it-tfal jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni.

Illum, il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika jsiru wara l-quddiesa tat-8.00 a.m.

It-Tnejn, 16 ta’ Awwissu – Marija Assunta tipproteġi lit-trabi tagħna; fil-ġuf u imwielda.

5.00 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

5.30 p.m. Quddiesa miftuħa għal kulħadd.

6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Joshua Cortis, saċerdot novell. Din il-quddiesa se tkun għall-ġenituri u t-trabi li twieldu fl-aħħar sena (minn Awwissu 2020 sa Awwissu 2021). It-trabi jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Mistiedna jieħdu sehem ukoll il-missirijiet u l-ommijiet li qed jistennew tarbija biex flimkien jitolbu t-talba għat-tarbija fil-ġuf.

It-Tlieta, 17 ta’ Awwissu – Marija fl-arti sagra

5.45 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Carmelo Sacco SDB.

7.15 p.m. Serata Marjana fil-knisja li matulha ssir l-inawgurazzjoni tal-konservazzjoni u r-restawr tat-titular tal-artal tal-Madonna tar-Rużarju, ta’ żewġ kwadri kbar fil-kor u tal-kwadri tal-Via Sagra. Rappreżentant tal-kumpanija ReCoop u s-supervisor tal-proġett jagħmlu preżentazzjoni dwar l-istorja ta’ dan il-patrimonju u l-interventi li saru. Jieħu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli. Kulħadd mistieden.

L-Erbgħa, 18 ta’ Awwissu – L-ewwel jum tat-tridu – Fis-Sena Ġużeppina, niċċelebraw ‘l San Ġużepp: eżempju ta’ kif tkun il-qalb ta’ missier

5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani

6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata.

6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Paul Galea OFM li fiha nilqgħu fostna l-bastun tal-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat. Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni mal-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat fis-sena li l-Papa Franġisku ddikjara bħala Sena Ġużeppina. Din is-sena bdiet fit-8 ta’ Diċembru li għadda meta tfakkar il-150 anniversarju minn meta San Ġużepp ġie proklamat bħala Patrun tal-Knisja Universali. Il-bastun se jibqa’ fil-Knisja Arċipretali sal-Ħadd 22 ta’ Awwissu biex isir talb bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp.

Mistiedna speċjali għall-quddiesa l-koppji li din is-sena jew is-sena li għaddiet għalqu 60 jew 50 sena miżżewġin, li jingħataw tifkira tal-okkażjoni.

Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ħamis, 19 ta’ Awwissu – It-tieni jum tat-tridu – Marija Assunta tħares il-familji tagħna

5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani

6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata.

6.30 p.m. Quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mmexxija mir-Rev. Joseph Mizzi, Kappillan ta’ Santa Luċija. Nagħmlu stedina speċjali lill-koppji li din is-sena jew is-sena li għaddiet għalqu 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira tal-okkażjoni.

Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

9.00 p.m. Programm vokali u strumentali organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli f’Misraħ Frenċ Abela u Triq Ċensa Spiteri. Bħala parti mill-programm jitkanta l-Innu l-Kbir Inno Alla Beata Vergine. Jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef.

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Awwissu – It-tielet jum tat-tridu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għas-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-vokazzjonijiet

5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani

6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata.

6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Allister M. Aquilina OFM Conv., Direttur tal-Vokazzjonijiet tal-Franġiskani Konventwali. Issir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Jieħdu sehem ukoll il-ġenituri tal-abbatini.

Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8.30 p.m. L-Ikla tal-Festa organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela.

Is-Sibt, 21 ta’ Awwissu – Lejlet il-Festa

7.30 a.m. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ‘l Alla u ‘l Madonna f’għeluq il-Kwindiċina. Imexxi l-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley.

4.30 p.m. Quddiesa.

4.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani.

6.15 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mid-Domus sal-Knisja. Imexxi Mons. Frans Abdilla.

6.30 p.m. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fil-knisja.

7.00 p.m. Quddiesa solenni mmexxija minn Mons. Frans Abdilla.

8.15 p.m. Programm speċjali ta’ lejlet il-festa organizzat u ffinanzjat mill-Kumitat Festa Esterna ħdejn il-Knisja Arċipretali. Il-programm se jixxandar dirett fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’. Il-programm jinkludi intervisti u tagħrif dwar il-festa tar-raħal tagħna u għalih ġiet mistiedna l-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli li se ddoqq għadd ta’ marċi.

10.00 p.m. Jintlaħaq il-qofol tal-programm meta l-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bis-sehem ukoll tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef.

Il-Knisja tibqa’ miftuħa sal-10.30 p.m. b’ċans li l-pubbliku jidħol irodd ħajr lil Alla u jitlob quddiem l-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Hi okkażjoni wkoll li wieħed japprezza l-patrimonju storiku u artistiku tal-knisja, fosthom id-diversi opri ta’ arti li ġew restawrati fl-aħħar sena.

Il-Ħadd, 22 ta’ Awwissu – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija

6.30 a.m. Quddiesa.

8.00 a.m. Quddiesa.

9.15 a.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxija mir-Rev. Pawl Muscat OSA, li din is-sena qiegħed ifakkar il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Jinseġ il-paniġierku l-Kan. Richard-Nazzareno Farrugia, Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex.

11.15 a.m. Quddiesa.

5.00 p.m. Il-Knisja Arċipretali tiftaħ għal talb privat.

6.00 p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fil-knisja.

6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley.

7.30 p.m. Kulħadd mistieden biex flimkien nitolbu r-Rużarju Meditat bit-tema: “Marija, Omm it-Tama”. Fi tmiem, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8.30 p.m. Jibda programm ta’ logħob tan-nar tal-ajru.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.