avvizi parrocca

Avvizi – 05.09.2021

Avviżi – 05.09.2021 – It-23 Ħadd ta’ Matul is-Sena

1. Il-ġabra tal-lum hi dik speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.

2. Matul il-ġimgħa li ġejja ser issir ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu. Ġenituri tat-tfal li se jibdew il-Year 2, jiġifieri dawk li s-sena d-dieħla se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina, għandhom jiġu jirreġistraw lil uliedhom biex mill-aħħar ta’ dan ix-xahar jibdew jattendu għad-duttrina fl-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. Ir-reġistrazzjoni ser issir fl-Uffiċċju Parrokkjali nhar it-Tlieta bejn l-10.00 a.m. u nofsinhar; u l-Erbgħa u l-Ħamis bejn l-4.30 u s-6.00 p.m.

3. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat.

4. Il-quddiesa tas-Sibt li ġej fl-4.30 p.m. se tkun bis-sagrament taż-żwieġ.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.