avvizi parrocca

Avviżi – 03.10.2021

Avviżi – 03.10.2021 – Is-27 Ħadd Matul is-Sena

1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.

2. Matul ix-xahar ta’ Ottubru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa r-Rużarju fil-Knisja jingħad darbtejn kuljum: fit-8.00 a.m. u wara l-quddiesa ta’ filgħaxija li jkun quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Inħeġġiġkom ħafna biex nitolbu din it-talba fil-knisja u fil-familji tagħna.

3. Fil-jiem li ġejjin ser isiru laqgħat għall-adoloxxenti li fi tmiem ix-xahar se jirċievu l-Griżma tal-Isqof. Is-subien ser ikollhom laqgħa fil-M.U.S.E.U.M. tagħhom nhar it-Tnejn fis-7.15 p.m. u l-bniet fil-M.U.S.E.U.M. tagħhom il-Ħamis fis-7.00 p.m.

4. Il-quddiesa ta’ nhar is-Sibt fis-6.30 p.m. se tkun bis-sagrament taż-żwieġ.

5. Fi tmiem il-ġimgħa l-oħra, mill-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti nġabret is-somma ta’ € 620 għal ALS Malta. Dawn il-flus żdiedu ma’ dawk miġbura mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali u ġew preżentati fil-maratona għat-tlestija ta’ Dar Bjorn.

6. Il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru filgħaxija l-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Ikla Maltija li tiġi servuta direttament fid-djar. Booking fis-sagristija, għand il-helpers jew fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Had-Dingli’.

7. F’dawn il-ġranet tajna l-aħħar tislima lil ħuna Joe Abela. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dwal ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Amen.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.