avvizi parrocca

Avviżi – 26.09.2021

Avviżi – 26.09.2021 – Is-26 Ħadd Matul is-Sena

1. Fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena skolastika ġdida, illum qed nistiednu lit-tfal u l-familji tagħhom biex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tad-9.30 a.m. It-tfal huma mistiedna jġibu magħhom il-basktijiet jew il-pockets tal-iskola biex jiġu mberkin. Huma se jingħataw tifkira.

2. Għada t-Tnejn ser issir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof fl-aħħar Ħadd tax-xahar id-dieħel. Il-laqgħa tibda fis-7.15 p.m. u ser issir fil-knisja.

3. Nhar il-Ġimgħa nibdew ix-xahar ta’ Ottubru li l-Knisja tiddedikah għat-talba tar-Rużarju. Inħeġġiġkom ħafna biex nitolbu din it-talba fil-familji tagħna. F’Ottubru, ir-Rużarju fil-knisja se jingħad darbtejn kuljum: fit-8.00 a.m. u wara l-quddiesa ta’ filgħaxija li jkun quddiem Ġesu’ Ewkaristija.

4. Il-festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-parroċċa tagħna se tiġi ċċelebrata s-Sibt li ġej, din is-sena mingħajr purċissjoni iżda b’żewġ mumenti ta’ talb fil-Knisja.

Fl-4.30 ikollna l-quddiesa u wara jingħad ir-Rużarju. Imbagħad fis-6.00 terġa’ tingħad it-talba tar-Rużarju, fis-6.30 tibda l-quddiesa li fiha jieħu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali u l-fratelli, u fl-aħħarnett tingħata l-Barka Sagramentali.

5. Fuq il-mejda tal-offerti hemm kaxxa għal min jixtieq jagħti donazzjoni għall-ALS li fi tmiem din il-ġimgħa qed torganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi. Il-Ħadd filgħaxija l-flus miġbura jingħaqdu ma’ dawk li nġabru mill-inizjattiva tal-Kunsill Lokali biex jiġu ppreżentati bħala għajnuna għall-proġett ta’ Dar Bjorn. Fil-ktieb tal-festa kien hemm paġna sħiħa bid-dettalji dwar kif wieħed jista’ jgħin b’donazzjoni għal dan il-għan permezz tal-mobile, grazzi għal benefattur li ħallas għal dan l-ispazju.

6. Il-Ħadd li ġej hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.

7. Fl-aħħar jiem tajna l-aħħar tislima lil ħutna Mary Buhagiar u Giovanna Agius. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. . .

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.