Avviżi – 24.10.2021 – It-30 Ħadd Matul is-Sena
1. llum il-Knisja qed tiddedika din il-ġurnata għall-ħidmiet tagħha fil-missjoni. Dan il-jum għandu jfakkarna biex ta’ spiss inżommu b’mod speċjali fit-talb tagħna lis-saċerdoti, reliġjużi u lajċi impenjati f’ħidmiet fl-artijiet tal-missjoni. Il-ġbir fil-quddies tal-lum ser ikun ta’ sostenn għal dan il-għan. Fid-djar tagħna rċevejna wkoll envelope għall-ġabra annwali b’risq din il-ħidma mwettqa mill-Knisja. Din is-sena l-envelopes mhumiex se jinġabru mill-kolletturi iżda jistgħu jintbagħtu bil-posta lill-Uffiċċju Missjunarju jew tħalluhom fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti u l-Arċipriet jgħaddihom hu stess lill-Uffiċċju Missjunarju.
2. Illum wara l-quddiesa tat-8.00 u tad-9.30 a.m. membri tal-Kummissjoni Tfal ser ikollhom doughnuts għall-bejgħ minn fuq iz-zuntier.
3. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof u l-parrini tagħhom. Il-laqgħa ser issir fil-Knisja u tibda fis-7.30 p.m. Infakkrukom li ċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-parroċċa tagħna ser issir is-Sibt li ġej għall-bniet u l-għada l-Ħadd għas-subien f’quddiesa li tibda fis-6.30 p.m. Għalhekk, għal nhar is-Sibt biss il-quddiesa tas-6.30 p.m. mhux se tkun miftuħa għan-nies iżda fil-Knisja jidħlu biss dawn l-adoloxxenti, il-familja tagħhom u l-parrini. Min soltu jattendi din il-quddiesa għandu jsib ħin ieħor.
4. Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja jintemm il-ħin tas-Sajf u għalhekk mill-Ħadd li ġej il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun fl-4.30 p.m.
5. L-attivita’ għall-irġiel fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin ser issir nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru. Nibdew bil-quddiesa tas-6.30 p.m. fil-Knisja u wara jkollna ikla f’Taċ-Ċanti, Ħaż-Żebbuġ. Inħeġġu lill-irġiel jattendu u jħarju oħrajn jiġu wkoll. L-attivita’ ser issir b’ħarsien tad-direttivi tas-saħħa. Il-booking hu miftuħ mis-sagristija jew tistgħu tkellmu lill-Arċipriet.
Ikkummenta