avvizi parrocca

Avvizi – 20.11.2021

Avviżi – 20.11.2021 – Is-Solennita’ ta’ Kristu Re’

1. Kif avżajna ġimgħa ilu meta ppreżentejna r-rendikont tal-festa ta’ barra, il-ġbir fil-quddiesa tal-lum imur biex nibdew inwarrbu xi ħaġa għall-ispejjeż tal-festa ta’ Santa Marija.

2. Dawk li ħallew envelope bil-formola mimlija għall-intenzjonijiet tal-quddiesa għas-sena d-dieħla se jkunu qegħdin jirċievu fid-dar tagħhom stess il-lista tal-ġranet u l-ħinijiet tal-quddiesa bl-intenzjoni li talbu li ssir. Il-formoli tal-intenzjonijiet għadhom jistgħu jinġabru minn fuq il-mejda tal-offerti u magħhom hemm id-dettalji kollha ta’ x’għandu jsir. Min ikollu xi diffikulta’ jista’ jkellem lill–Arċipriet.

3. Il-parroċċa se tgħaddi lill-Uffiċċju Missjunarju s-somma ta’ €1,800 li nġabru fil-quddiesa ċċelebrat nhar il-Ġurnata Missjunarja u minn donazzjonijiet li ħallejtu fil-kaxxa fuq il-medja tal-offerti.

4. Wara l-quddiesa, fis-sagristija hemm membri tal-Kummissjoni Tfal għal min jixtieq dettalji kif tista’ fil-Milied li ġej tagħti rigal lit-tfal ta’ Dar Fra Diegu bħala individwu jew fi grupp. Fil-jiem li ġejjin, għas-sodisfazzjon ta’ kulħadd fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa se jittella’ feature bi spjega dwar kif intefqu flus li familji Dinglin taw fil-Milied tas-sena l-oħra lill-istess dar.

5. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.

6. Nieħdu l-okkażjoni nifirħu u nawguraw lill-istudenti li qed jiggradwaw f’dawn il-ġranet, jew kellhom iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni fil-ġimgħat li għaddew, għat-tmiem b’suċċess tal-istudji tagħhom fl-Università, l-MCAST u istituzzjonijiet oħra edukattivi. Inħeġġuhom biex dak li studjaw ipoġġuh fil-prattika għall-ġid tal-komunità.

7. Il-Ħadd li ġej, l-aħħar Ħadd tax-xahar ta’ Novembru, jekk it-temp jippermetti l-quddiesa tad-9.30 a.m. mhix ser issir fil-Knisja iżda fiċ-ċimiterju tal-parroċċa. Il-quddiesa se titmexxa minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna u se tkun għal ruħ ħutna l-mejtin midfuna f’dan iċ-ċimiterju. Din il-quddiesa se tixxandar ukoll dirett fuq Television Malta.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.