Avviżi – 12.12.2021 – It-3 Ħadd tal-Avvent
1. Fiċ-Ċentru Parrokkjali għaddej il-Bazaar tal-Milied li jibqa’ miftuħ sa għada, it-Tnejn filgħaxija. Hemmhekk għandna għażla ta’ rigali u ħelu tradizzjonali tal-Milied, ponsjetti, affarijiet tad-dar u bżonnijiet ta’ kuljum, u rigali reliġjużi. Inħeġġiġkom biex wara l-quddiesa jew f’ħin komdu għalikom tagħtu titwila. Din il-ġimgħa rċevejtu fi djarkom dettalji tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-Bazaar flimkien ma’ biljetti f’lotterija li qed jorganizza l-Kumitat tal-Festa.
2. Nhar l-Erbgħa filgħodu se norganizzaw Breakfast Brunch tal-Milied fir-Radisson SAS, San Ġiljan. Tluq fid-9.00 a.m. minn ħdejn l-għassa. Booking miftuħ mis-sagristija jew għand l-Arċipriet.
3. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied, din is-sena bi ħsibijiet mill-Iskola ta’ Betlem, kitba ta’ San Ġorġ Preca. Mill-Erbgħa sas-Sibt in-Novena fil-knisja ssir darbtejn kuljum; wara l-quddiesa tas-7.30 a.m. u wara l-quddiesa tas-6.30 p.m. li fi tmiemha tingħata l-Barka Sagramentali. Fil-quddiesa ta’ filgħaxija, f’dawn il-ġranet jieħdu sehem:
l-Erbgħa: il-kor parrokkjali u l-membri tal-Legion of Mary;
il-Ħamis: il-grupp tan-nisa Magnificat u l-Kummissjoni Djakonija;
il-Ġimgħa: l-abbatini u l-kor tat-tfal; u
s-Sibt il-membri tal-M.U.S.E.U.M.
4. Il-Ħadd in-Novena ssir wara l-quddiesa tad-9.30 a.m. li fiha jieħdu sehem it-tfal u wara jitbierku l-bambini jew grotti li jġibu magħhom. Inħeġġiġkom issegwu l-programm li se jitqassam fid-djar bid-dettalji kollha.
5. Koppji li ppreżentaw it-trabi lil Santa Marija fi żmien il-festa jistgħu jordnaw mis-sagristija r-ritratti ta’ tifkira.
6. Il-parroċċa se torganizza kompetizzjoni għall-isbaħ bambin f’tieqa u presepju armat f’dar għall-Milied. Rigward il-presepju għandna żewġ kategoriji: tal-kbar u tat-tfal. Dawk interessati jieħdu sehem għandhom iħallu isimhom għand l-Arċipriet jew fis-sagristija.
7. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda kienet ta’ € 720. Nirringrazzjawkom tal-offerti tagħkom.
8. Sal-Ħadd li ġej, ħdejn il-bibien tal-Knisja ser ikun hemm kaxxi għal prodotti tal-ikel biex bihom inkunu nistgħu ngħinu lil familji fil-bżonn.
9. Fil-Knisja rranġajna ftit it-tifsila tal-bankijiet u s-siġġijiet b’mod li bqajna nżommu mad-distanzi mitluba. Inħeġġu lil kulħadd jikkoopera fosthom billi fil-Knisja nibqgħu lebsin il-maskra l-ħin kollu ħlief fil-mument li wieħed ikun se jitqarben, nużaw il-hand sanitizers provduti ħdejn il-bieb il-kbir, u fuq il-bankijiet u s-siġġijiet ipoġġu ħdejn xulxin nies mill-istess cluster, jiġifieri nies li jgħixu fl-istess dar. Meta ma jkunx hekk għandha tinżamm id-distanza soċjali bejn persuna u oħra. Il-koperazzjoni ta’ kulħadd hi apprezzata fosthom biex ma ninġabrux fi gruppi u nżommu distanza soċjali.
Ikkummenta