Avviżi – 01.01.2022
Is-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi
1. L-Arċipriet, il-kleru u l-komunita’ Salesjana jawguraw lil kulħadd l-isbaħ xewqat għas-sena l-ġdida.
2. Il-ġabra tal-lum tkun strina għas-sagristana li huma kollha voluntiera.
3. Filgħaxija, illum ikollna quddiesa waħda li tibda fil-5.00.
4. F’dan il-Milied, bħala parroċċa erġajna urejna kif tiċċelebra Milied fi spirtu tassew nisrani minkejja l-isfidi kollha li għaddejjin minnhom minħabba l-pandemija. Apparti 27 hamper li tqassmu lil familji fil-bżonn, għal sena oħra diversi persuni taw rigali u donazzjonijiet fl-inizjattiva li l-parroċċa organizzat għat-tfal li jgħixu f’Dar Fra Diegu. Inxtraw 52 rigal lit-tfal u wara x-xiri ta’ food processor fadal €1,405 minn flus miġbura mid-donazzjonijiet għall-istess dar biex jitkomplew proġetti matul is-sena li jagħtu ‘l dawn it-tfal kwalita’ ta’ ħajja aħjar. Il-Ħadd li għadda ukoll, 19-il persuna taw id-demm fil-Mobile Blood Donation Unit li kienet ħdejn il-knisja. Issa fadal l-aħħar inizjattiva ta’ solidarjetà fejn sal-lum għandna ċans inħallu donazzjoni għad-Dar tal-Providenza, bil-flus miġbura se jiġu ppreżentati llejla waqt il-Festa ta’ Ġenerożità organizzata f’din id-dar tal-Knisja li tilqa’ diversi persuni b’diżabilità. Id-donazzjonijiet tagħkom għal dan il-għan tistgħu tħalluhom fil-kaxxa tal-perspex li hemm fuq il-mejda tal-offerti.
5. Sa għada filgħodu, fl-istess kaxxa fuq il-mejda tal-offerti tistgħu tħallu l-envelope bil-biljetti ta’ lotterija li titla’ l-Ħadd li ġej f’nofsinhar.
6. Għada niċċelebraw il-festa tal-Epifanija tal-Mulej u fil-quddiesa jkollna l-ġabra speċjali.
Ikkummenta