avvizi parrocca

Avvizi – 26.12.2021

Avviżi – 26.12.2021 – Il-Familja Mqaddsa

1. Dalgħodu nistgħu nkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor billi nagħtu d-demm. Il-Mobile Blood Donation Unit ser ikun ħdejn il-knisja bejn it-8.30am u s-1.00pm.

2. Għall-aħħar jumejn tas-sena, qed nagħmlu stedina lil kulħadd biex insibu ftit ħin għal Ġesu’. Il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Knisja se tkun miftuħa l-ġurnata kollha, mit-8.00 a.m. sal-ħin tal-quddiesa ta’ filgħaxija, b’Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni privata. F’dawn il-jumejn il-kappella tal-Adorazzjoni tkun magħluqa.

3. Nhar il-Ġimgħa – l-aħħar jum tas-sena – ser ikollna qrar minn konfessur barrani mill-5.00 p.m. ‘il quddiem. Il-quddiesa tal-Ġimgħa fis-6.30 p.m., li se tixxandar ukoll fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa, se tkun b’ringrazzjament lil Alla u lill-Madonna f’għeluq is-sena u f’għeluq it-343 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali.

4. Nhar is-Sibt, l-ewwel jum tas-sena l-ġdida, niċċelebraw is-Solennita’ ta’ Marija Omma Alla. Il-ħinijiet tal-quddiesa jkunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5.00 p.m.

5. Sa nhar is-Sibt se jintlaqgħu donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza fil-Kampanja “Minn Qalba lill-Anġli”. L-envelopes bid-donazzjonijiet jistgħu jitħallew f’kaxxa li hemm fuq il-mejda tal-offerti. Is-somma miġbura tiġi ppreżentata lid-Dar tal-Providenza fl-ewwel tas-sena filgħaxija waqt il-maratona annwali għall-istess dar.

6. Fl-istess kaxxa fuq il-mejda tal-offerti tistgħu tħallu l-envelope bil-biljetti ta’ lotterija li titla’ fl-ewwel Ħadd tas-sena l-ġdida. Il-biljetti jistgħu jitħallew f’postijiet oħra kif avżat fl-informazzjoni li rċevejtu d-dar.

7. Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-festa tal-Epifanija tal-Mulej. Dakinhar ukoll ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.