Avviżi – 02.01.2021 – L-Epifanija tal-Mulej
1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk l-offerta tagħkom tkun għall-ġabra speċjali b’riżq il-parroċċa.
2. Nirringrazzja lill-poplu ta’ Ħad-Dingli għall-ħafna ġesti sbieħ ta’ solidarjeta’ li għamel fi żmien il-Milied, bl-aħħar ġest ikun is-somma sabiħa ta’ € 5,850 li ppreżentajna l-bieraħ filgħaxija lid-Dar tal-Providenza. Din is-somma nġabret mir-raħal tagħna bħala parti mill-kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli”. F’isem id-Dar tal-Providenza ngħidulkom grazzi.
3. Il-Ħadd li ġej il-Knisja tagħlaq żmien il-festi tal-Milied meta niċċelebraw il-Magħmudija tal-Mulej. Il-quddiesa tad-9.30 a.m. tkun għat-tfal mal-ġenituri.
4. Nixtieq nieħu l-okkażjoni nirringrazzja lil dawk kollha li kellhom xi sehem biex stajna norganizzaw funzjonijiet u inizjattivi sbieħ fi żmien il-Milied. Grazzi wkoll lil dawk kollha li matul sena oħra mimlija sfidi, baqgħu qrib il-parroċċa u jsostnu l-ħidma li ssir, lil dawk li jagħtu servizz volontarju ta’ kull tip u lilkom li apprezzajtu dak kollu li pruvajna nagħmlu biex konna ta’ servizz pastorali u viċin tagħkom b’diversi modi. Ejja nieħdu ħsieb saħħitna u ta’ xulxin u nkomplu nwasslu lil Ġesù għand l-oħrajn.
Ikkummenta