avvizi parrocca

Avviżi – 09.01.2021

Avviżi – 09.01.2021 – Il-Magħmudija tal-Mulej

1. Kull nhar ta’ Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni b’talb għall-bżonnijiet tal-familji tagħna u l-vokazzjonijiet. Fil-parroċċa tagħna għadna l-grazzja wkoll li f’mument li jkun komdu għalina nistgħu nqattgħu ftit ħin ta’ talb fil-kwiet quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-Kappella tal-Adorazzjoni f’Dar Dun Bosco. Din il-kappella tkun miftuħa kuljum, mit-Tnejn sal-Ħadd, bejn is-7.30 a.m. u d-9.00 p.m. Nirringrazzja lil dawk li jieħdu ħsieb dan il-post.

2. Fin-notice boards tal-Knisja hemm ir-riżultati tal-kompetizzjonijiet tal-isbaħ presepju.

3. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda kienet ta’ € 760. Grazzi tal-offerti tagħkom. Il-parroċċa tirringrazzja wkoll lill-benefatturi li pprovdew il-materjal u ‘l min għamel ix-xogħol ta’ tapezzerija fuq dan is-sett ta’ twapet ġodda li għandna fuq il-presbiterju u li saru biex jintramaw f’festi bħall-Milied u l-Għid.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.