avvizi parrocca

Avvizi

[category Avvizi]

Avviżi – 23.01.2022 – It-3 Ħadd Matul is-Sena

1. Xtaqt ninfurmakom dwar servizz ta’ qrar fil-parroċċa tagħna. Fr Carmelo Sacco, Salesjan, qed ikun dispost għall-qrar kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9.00 u l-10.00 a.m. fil-Kappella tal-Adorazzjoni u kull nhar ta’ Sibt bejn il-5.15 u s-6.30 p.m. fil-Knisja. Dan apparti li s-saċerdoti tal-parroċċa jkunu disposti għall-qrar f’ħinijiet oħra jew b’appuntament.

2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni b’talb għall-bżonnijiet tal-familji tagħna u l-vokazzjonijiet.

3. Min għandu kartolini tal-Milied li jixtieq iħallihom għall-Missjoni jista’ jġibhom il-Knisja matul il-ġimgħa d-dieħla u jħallihom f’kaxxi li ser ikun hemm ħdejn il-bibien.

4. Nhar is-Sibt, il-Kumitat Festa Esterna se jorganizza Pie Day, bl-ikel jitwassal dirett fid-djar f’nofsinhar jew filgħaxija. Kitba sal-Ħamis li ġej fis-sagristija jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook “Festa Santa Marija – Ħad-Dingli”.

5. Il-Ħadd li ġej fil-parroċċa tagħna niċċelebraw Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00 a.m. sa qabel il-quddiesa tal-4.30 p.m. jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni privata fil-Knisja. Inħeġġiġkom biex il-Ħadd wara nofsinhar, ssibu ftit tal-ħin tiġu l-Knisja tfaħħru isem il-Mulej b’riparazzjoni għad-dagħa u titolbu għall-bżonnijiet tagħkom.

6. F’dawn il-ġranet qed joqrob lejn tmiemu x-xogħol ta’ restawr tal-ħitan tal-Knisja minn barra u wara jkompli l-aħħar parti tar-restawr tal-apramorta fuq il-bejt tal-Knisja. Sadanittant, ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura bdew xogħol ta’ manutenzjoni u titjib tal-post tal-parroċċa ħdejn il-Knisja, li la darba jkun lest se jissemma “Dar Dun Ġwann Abela.”

7. Fl-aħħar jiem tajna l-aħħar tislima lil Paul Azzopardi u Maria Abela. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.