avvizi parrocca

Avvizi – 30.01.2022

[category Avvizi]

Avviżi – 30.01.2022 – Ir-4 Ħadd Matul is-Sena

1. Illum fil-parroċċa tagħna niċċelebraw Jum l-Isem Imqaddes ta’ Alla. Minn wara l-quddiesa tal-11.00 a.m. sa qabel il-quddiesa tal-4.30 p.m. jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal adorazzjoni privata fil-Knisja. Inħeġġiġkom biex il-Ħadd wara nofsinhar, insibu ftit tal-ħin u niġu l-Knisja nfaħħru isem il-Mulej b’riparazzjoni għad-dagħa u nitolbu għall-bżonnijiet tagħna.

2. Nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-festa tal-preżentazzjoni ta’ Ġesu fit-tempju – il-Kandlora. Fil-quddiesa tas-6.30 p.m. isir it-tberik tax-xemgħa li hi simbolu li Ġesu’ hu d-dawl tagħna.

3. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni b’talb għall-bżonnijiet tal-familji tagħna u l-vokazzjonijiet.

4. Min għandu kartolini tal-Milied li jixtieq iħallihom għall-Missjoni jista’ jġibhom il-Knisja u jħallihom f’kaxxi li hemm ħdejn il-bibien.

5. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni b’talb għall-bżonnijiet tal-familji tagħna u l-vokazzjonijiet.

6. Għall-festa pubblika tan-nawfraġju ta’ San Pawl se norganizzaw Ikla Maltija li titwassal fid-djar tagħkom stess: fl-10 ta’ Frar f’nofsinhar jew filgħaxija jew għal min jixtieq ser ikun hemm ukoll il-possibilita’ tas-Sibt 12 ta’ Frar filgħaxija. It-tisjir ser isir minn Taċ-Ċanti. Il-booking jiftaħ mit-Tnejn fis-sagristija, jew tistgħu tibgħatu messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa jew tkellmu lill-Arċipriet.

7. Nhar il-Ħadd hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.

8. Fl-aħħar jiem tajna l-aħħar tislima lil ħuna Frans Azzopardi. “Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . . .”

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.