Bħala parroċċa ser inkunu qed nimxu l-mixja tad-dixxipolat tagħna matul dan ir-Randan fuq il-passi tad-dixxipli nfushom. Is-sejħa li l-Mulej għamel lil kull dixxiplu talbet diffikultajiet kbar: jitilqu l-mestjier tagħhon, jibdlu ħajjithom, u saħansitra jħallu l-familji tagħhom.
Dis-sena ser inkunu qed ngħamlu bible sharing b’differenza! Bl-għinuna tas-serje Kristjana The Chosen, ser naraw biċċiet mill-ħajja ta’ xi dixxipli u imbagħad ser niddiskutu x’laqatna f’dak li għadna kif rajna sabiex ngħinu lil xulxin fil-mixja tagħna wara Kristu. Ser inkunu qed nużgħu forma ta’ hybrid: tista’ jew tibqa’ fil-knisja wara l-quddiesa, jew inkella tidħol magħna online. Mhux ser inkunu qed nużgħu Facebook Live, imma ser nużgħu: https://meet.parroccadingli.org/Randan22* sabiex tkun okkażżjoni fejn kulħadd jiddiskuti u mhux jara biss.
L-emfażi ta’ din l-attività hija li nikbru flimkien billi nivviżwaliżżaw il-Vanġelju fi spirtu ta’ talb. Biex nissalvagwardjaw l-intimità tas-sharing, xejn mhu ser jiġi rrekordjat. Inħeġġu ħafna biex min jista’ jiġi l-knisja, ħalli din tkun tassew opportunità li nikbru flimkien bil-għinuna tal-kultura diġitali. Kull sessjoni tibda fis-7.00 u għandna nispiċċaw għal ħabta tat-8.15pm.
Jekk forsi qatt ma’ smajt bis-serje The Chosen hawnhekk għandek toma tiegħu. Ma hemmx għalfejn tkun ilħaqt rajtu għaliex ser inkunu qed naraw biċċiet sew mhux ħażin flimkien.
Irreġistra l-interess tiegħek hawnhekk biex tirċievi xi materjal supplimentari li jgħinek tipprepara ruħek sew qabel kull attività:
Għamilna wkoll grupp fuq Facebook fejn nistgħu nkomplu d-diskussjoni wara s-sessjoni flimkien. Matul il-ġimgħa ser ikollna wkoll xi materjal li jippreparana għal-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla.
* NB: Il-link tibda taħdem għal ħabta tas-6.30pm. Ser nużgħu sistema ta’ lobby, għalhekk nitolbuk tistenniena ftit sakemm naċċettawk fis-session. Fil-fra temp ilħaq erġa aqra ftit is-silta li tkun intbgħatet u kkonferma li l-microphone u l-camera kollox jaħdem sew. Kun infurmat li fil-knisja ser inkunu qed nuru wkoll min ikun qed jitkellem fuq il-web-conference
Ikkummenta