avvizi parrocca

Avvizi – 27.02.2022

Avviżi – 26.02.2022 – It-8 Ħadd tas-Sena

1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes, din is-sena bi stedina mill-Papa Franġisku biex dakinhar nosservaw jum ta’ talb u sawm għall-paċi fl-Ukrajna. Għal dan il-għan, nhar l-Erbgħa wara nofsinhar il-Knisja tiftaħ fl-4.00 fejn issir l-espożizzjoni ta’ Ġesu Sagramentat għal adorazzjoni privata;

fil-5.00 jibda servizz ta’ qrar u jkun hawn mument ta’ talb organizzat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija;

fis-6.00 jingħad ir-Rużarju;

fis-6.30 kulħadd mistieden għaċ-ċelebrazzjoni flimkien tal-Ewkaristija f’quddiesa animata mill-Kor Parrokkjali u wara nitolbu flimkien il-Via Sagra.

Fil-quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied bħala sinjal ta’ indiema.

2. Matul ir-Randan, fil-knisja ser ikollna diversi okkażjonijiet ta’ talb u mezzi kif nikbru fil-fidi tagħna. Kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa, fis-6.00 p.m. tingħad il-Via Sagra. Nhar ta’ Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija tibqa’ ssir l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat. U din is-sena, darba f’ġimgħa matul ir-Randan se norganizzaw inizjattiva differenti fejn qed nistednukom biex inħarsu ftit lejn episodji minn ħajjet diversi dixxipli li wieġbu għas-sejħa li għamlilhom il-Mulej. Dan se nagħmluh permezz ta’ siltiet mill-Bibbja u mis-serje Kristjana The Chosen. Se nkunu qed niddiskutu x’laqatna minn dak li smajna u rajna dwar ħajjet xi dixxipli u b’hekk ngħinu lil xulxin fil-mixja tagħna wara Ġesu’. Il-laqgħat ser isiru kull nhar ta’ Tlieta, nibdew mit-Tlieta 8 ta’ Marzu, fis-7.00 p.m. fil-knisja. Aktar dettalji hawn.

3. Intennu l-istedina li qegħdin nagħmlu lill-persuni li minħabba l-età jew is-saħħa mhumiex jitilgħu l-Knisja biex jitqarbnu fi djarhom. Napprezzaw twasslu messaġġ lil dawk li jixtiequ jirċievu t-tqarbin fi djarhom biex javviċinaw lill-Arċipriet jew lil Monsinjur Louis Camilleri biex jitfassal programm aġġornat ta’ tqarbin fid-djar.

4. Fl-aħħar jiem tajna l-aħħar tislima lil Emmanuel Cauchi. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

5. Wara l-quddiesa fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom dak assoċjat mal-jiem tal-Karnival.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.