avvizi parrocca

Avvizi – 06.02.2022

Avviżi – 06.02.2022 – Il-5 Ħadd Matul is-Sena

1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk qed nagħmlu l-ġabra speċjali. Fl-aħħar jiem, voluntiera tal-parroċċa battlu Dar Dun Ġwann Abela minn affarijiet li kien fadal biex jissokta x-xogħol li qed isir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Minn fondi tal-parroċċa tlesta x-xogħol ta’ tisħiħ fuq is-sistema tal-kalamita u fi Frar għandu jiġi stallat tagħmir ta’ protezzjoni minn żidiet għall-għarrieda fil-vultaġġ elettriku. Qed jitkompla wkoll ix-xogħol ta’ manutenzjoni ta’ rutina fiċ-Ċentru Parrokkjali u l-parroċċa qiegħda f’kuntatti biex tixtri aċċessorji spare għal-linef u brazzi li jintramaw fil-festi billi maż-żmien dawn naqsu. Nirringrazzjawkom tal-offerti tagħkom.

2. Nhar il-Ħamis li ġej il-Knisja f’Malta tiċċelebra s-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Is-soltu din tkun festa kmandata u għalkemm fiż-żmien ta’ bħalissa l-obbligu tal-quddiesa tneħħa minħabba l-pandemija nħeġġiġkom biex fl-10 ta’ Frar, jum il-Magħmudija tagħna l-Maltin fil-fidi nisranija, nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-quddiesa ta’ nhar l-Erbgħa filgħaxija se tkun ta’ din is-solennita’. L-għada, il-Ħamis 10 ta’ Frar, il-ħinijiet tal-quddiesa se jkunu bħal tal-Ħadd, anke ta’ filgħaxija li tkun ukoll fl-4.30. Fil-quddiesa tad-9.30 a.m. qed nistiednu lit-tfal biex jattendu mal-ġenituri u fi tmiem il-quddiesa se jittellgħu diversi rigali għalihom.

3. Din is-sena, is-sagrament tal-Ewwel Tqarbina fil-parroċċa tagħna se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju. S’issa l-ħsieb hu li t-tfal jirċievu l-Ewwel Tqarbina flimkien f’quddiesa apposta għalihom u l-ġenituri li tibda fid-9.30 a.m. Kollox jiddependi fuq l-andament tal-pandemija.

4. Il-Knisja f’Malta se twaqqaf kor biex janima quddies waqt diversi attivitajiet djoċesani. Il‑kor se jkun iffurmat minn tfal u adulti. Jistgħu japplikaw dawk minn 9 snin ’il fuq. Dawk interessati għandhom japplikaw sa nhar il‑Ġimgħa fuq is-sit elettroniku knisja.mt

5. Għall-festa pubblika ta’ San Pawl, il-Ħamis li ġej, se norganizzaw Ikla Maltija li titwassal fid-djar tagħkom stess f’nofsinhar jew filgħaxija. Għal min jixtieq qed noffru wkoll il-possibilita’ ta’ din l-ikla s-Sibt li ġej filgħaxija. Il-menu jinkludi wkoll fenek, chicken breast, laħam taż-żiemel jew spare ribs. It-tisjir ser isir minn Taċ-Ċanti. Il-booking għall-Ħamis hu miftuħ sa nhar it-Tlieta filgħaxija mis-sagristija, jew tistgħu tibgħatu messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa jew tkellmu lill-Arċipriet. Napprezzaw li ma tħallux għall-aħħar.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.