Avviżi – 20.02.2022 – Is-7 Ħadd Matul is-Sena
1. Il-ġbir fil-Knisja llum ser ikun għall-festa ta’ ġewwa u ta’ barra ta’ Santa Marija.
2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li fih nitolbu għall-vokazzjonijiet u għall-bżonnijiet tal-familji tagħna.
3. L-Arċipriet u Monsinjur Louis Camilleri qed iżuru kemm jista’ jkun lil dawk li jitqarbnu fi djarhom. Nafu li hemm diversi persuni li minħabba l-età jew is-saħħa mhumiex jitilgħu l-Knisja. Napprezzaw twasslu messaġġ lil dawk li jixtiequ jirċievu t-tqarbin fi djarhom biex javviċinanwna ħalli jitfassal programm aġġornat ta’ tqarbin fi djar.
4. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej minn fuq iz-zuntier ser ikollna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti fosthom dak assoċjat mal-Karnival.
5. Is-Sibt tajna l-aħħar tislima lil oħtna Carmen Bonello. Agħtiha, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem . . .
6. Xahar u nofs ‘il bogħod miż-żjara fostna tal-Papa Franġisku, fit-2 u t-3 ta’ April, il-Knisja ppreparat din it-talba bi tħejjija għal din iż-żjara li nistedinkom ngħidu flimkien:
Mulej Ġesù Kristu,
għalik tixxennaq ruħna.
Agħmel, nitolbuk,
li ż-żjara tal-Papa Franġisku fostna
tkun waħda li tlaqqagħna miegħek
biex nitgħaxxqu bi mħabbtek
u, fl-Ispirtu tiegħek,
nagħrfu lkoll li aħna
ulied ta’ Missier wieħed,
u ngħixu r-rabta tagħna ma’ xulxin
fis-sliem.
Ammen.
Ikkummenta