avvizi parrocca

Avvizi – 13.03.2022 – It-2 Hadd tar-Randan

Avviżi – 13.03.2022 – It-2 Ħadd tar-Randan

1. Il-parroċċa tirringrazzjakom għall-għotjiet fil-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda li kienet ta’ €710.

2. It-Tnejn fis-7.15 p.m. ser issir laqgħa għall-fratelli fiċ-Ċentru Parrokkjali.

3. Nhar it-Tlieta fis-7.00 p.m. jkollna t-tieni laqgħa li matulha nħarsu lejn episodji minn ħajjet diversi dixxipli li wieġbu għas-sejħa li għamlilhom il-Mulej. Dan qed nagħmluh permezz ta’ siltiet mill-Bibbja u mis-serje Kristjana The Chosen. Se nkunu qed niddiskutu x’laqatna minn dak li smajna u rajna dwar ħajjet xi dixxipli u b’hekk ngħinu lil xulxin fil-mixja tagħna wara Ġesu’. Mit-Tlieta li ġej dawn il-laqgħat se jibdew isiru fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali u mhux fil-Knisja. Aktar dettalji hawnhekk.

4. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju. Il-laqgħa ssir fil-Knisja u tibda fis-7.15 p.m.

5. L-Erbgħa u l-Ġimgħa fis-6.00 p.m. tingħad il-Via Sagra u l-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ikollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.

6. Min jixtieq ikollu post bilqiegħda għall-quddiesa li l-Papa Franġisku se jiċċelebra nhar il-Ħadd 3 ta’ April fuq il-Fosos tal-Furjana għandu jirreġistra online fuq il-website reklamata f’poster li hemm fin-noticeboards tal-knisja jew fuq il-media soċjali tal-parroċċa. Jekk hawn min għandu bżonn għajnuna biex japplika online jista’ jkellem lill-Arċipriet. Qed issir ukoll sejħa għall-voluntiera li joffru li jgħinu bħala ushers f’din il-quddiesa, b’dawn il-persuni jistgħu japplikaw ukoll online.

7. Bl-inizjattiva tal-Grupp tal-Abbatini, qed niġbru blalen tal-futbol jew blalen oħra mhux minfuħa u affarijiet oħra ġodda relatati ma’ sport biex jintbagħtu lil tfal Ukreni li qed jgħixu r-realta’ tal-gwerra u b’hekk ikollhom mezz biex jgħaddu l-ħin. Dawn l-affarijiet jistgħu jitħallew fis-sagristija jew fid-Dar Parrokkjali biex imbagħad jitwasslu l-Ukrjana ma’ affarijiet oħra li se jintbagħtu mill-organizazzjoni Malta for Ukraine. Intant, il-Kummissjoni Tfal qed tħeġġeġ lit-tfal biex fir-Randan iwarrbu xi ħaġa żgħira tal-flus mill-pocket money jew mill-karus għall-bżonnijiet ta’ tfal Ukreni. Dawn il-flus iġibhom fil-quddiesa tal-Għid il-Kbir.

8. F’dan il-weekend membri tal-Kummissjoni Tfal se jbiegħu minn fuq iz-zuntier zeppoli ta’ San Ġużepp. Dan ser isir il-Ħadd wara l-quddiesa tat-8.00, tad-9.30 u tal-11.00 a.m. Se jieħdu wkoll ordnijiet mingħand dawk li jixtiequ li matul il-ġimgħa d-dieħla nwasslulkom zeppoli d-dar.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.