avvizi parrocca

Avvizi – 03.04.2022 – Il-5 Ħadd tar-Randan

Avviżi – 03.04.2022 – Il-5 Ħadd tar-Randan

1. Illum hu l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk qed nagħmlu l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa fosthom għax-xogħol ta’ manutenzjoni fil-koppla li ser ikun qed isir fil-ġimgħat li ġejjin.

2. Mit-Tnejn sal-Ħamis tal-ġimgħa d-dieħla ser isir kors ta’ eżerċizzi spiritwali miftuħ għal kulħadd. Il-prietki ser isiru fil-Knisja u jibdew fil-5.30 pm. Sadanittant, nhar it-Tlieta fis-7.00 p.m. ssir laqgħa oħra ta’ formazzjoni b’tagħlim minn ħajjet diversi dixxipli li wieġbu għas-sejħa li għamlilhom il-Mulej.

3. Ir-Rettur tas-Seminarju bagħat jirringrazzjana għall-ġabra sabiħa li tajna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għall-bżonnijiet tas-Seminarju u li laħħqet is-somma ta’ € 1,150.

4. Nhar il-Ġimgħa nfakkru d-Duluri tal-Madonna. Għalhekk, lejliet – il-Ħamis – ser ikollna servizz ta’ qrar fil-Knisja bejn il-5.30 u t-8.00 pm. Il-ħinijiet tal-quddiesa l-Ġimgħa ser ikun kif ġej: fis-6.00 u fis-7.30 am, f’nofsinhar, u fl-4.30 u fis-6.30 pm. Wara kull quddiesa ta’ filgħaxija se jingħad Rużarju Meditat. Billi l-purċissjonijiet ser ikunu permessi mill-Ħadd, f’Ħad-Dingli l-purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri ser issir nhar l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa, jiġifieri l-Erbgħa 13 ta’ April. Dakinhar il-quddiesa tkun fis-6.00 pm u l-purċissjoni toħroġ fis-7.00.

5. Il-Ħadd li ġej, nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm. Dakinhar ninġabru quddiem il-MUSEUM tas-subien fid-9.00 am- għat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ u wara nitilgħu proċessjonalment sal-knisja fejn fid-9.30 tibda quddiesa solenni.

6. Fi tmiem din il-ġimgħa, qegħdin nilqgħu fostna lill-Papa Franġisku. Tajjeb li bħala nsara nisimgħu sewwa l-messaġġi li l-Papa se jgħaddielna fid-diversi okkażjonijiet tul dawn il-jumejn. Nixtiequ navżaw li billi s-saċerdoti qed jintalbu li jkunu lesti għall-quddiesa fil-Furjana fid-9.00 a.m., u min jasal tard ma jkunx jista’ jieħu sehem, il-quddiesa tat-8.00 a.m. wkoll ma tistax issir. Għalhekk il-Ħadd ser jiġu ċċelebrati żewġ quddisiet fil-parroċċa: fis-6.30 am u fl-4.30 pm. Nappellawlkom tgħinuna nwasslu dan il-messaġġ lil kemm jista’ jkun nies.

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.