Avviżi – 22.05.2022 – Is-6 Ħadd tal-Għid
1. It-Tnejn 23/05:
§ Fis-7:15pm – Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.
2. Mit-Tlieta 24/05 sal-Ħamis 26/05:
§ L-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq minħabba li l-Arċipriet hu fid-dmir li jkun preżenti għal-Live-In tal-Kappillani li ser isir f’dawn il-jiem fis-Seminarju, f’Tal-Virtu’, ir-Rabat.
3. Il-Ħamis 26/05:
§ Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fejn nitolbu għall-familji tagħna.
4. Il-Ħadd 29/05, is-Seba’ Ħadd tal-Għid – Lapsi
Il-Jum il-Komunikazzjoni Soċjali.
5. It-Tnejn 30/05:
§ Fis-7:15pm – Laqgħa fil-Knisja għall-ġenituri tat-tfal li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
6. It-Tlieta 31/05, Festa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta u l-aħħar jum tax-xahar ta’ Mejju:
§ Fis-6:00pm – Rużarju fil-Knisja bis-sehem tat-tfal u l-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tal-Parroċċa.
§ Fis-6:30pm – Quddiesa li fiha ssir l-Inkurunazzjoni
ta’ Ommna Marija.
7. Avviżi oħra: Ir-rivista il-FLIMKIEN reġgħet bdiet titqassam fid-djar ta’ Malta kollha bil-posta u tinsab ukoll online fuqi s-sit elettroniku: flimkien. Tajjeb li nagħmlu share wkoll fuq il-paġni tal-media soċjali.
8. Il-Kap tal-iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli tfakkar illi dawk il-ġenituri li joqogħdu Ħad-Dingli u li t-tfal tagħhom jagħlqu tliet snin sal-aħħar ta’ din is-sena biex jirreġistraw lil uliedhom għall-iskola. Min għadu m’għamilx hekk għandu jibgħat email dan għandu jibghat imejl mill-aktar fis lill-iskola fuq snc.dingli.pr.
9. Wara l-quddiesa tas-Sibt u l-Ħadd li ġej ikollna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti minn fuq iz-zuntier.
10. Matul din il-ġimgħa, apparti l-ġbir waqt il-quddiesa, daħlu € 10 bħala donazzjonijiet b’risq il-parroċċa. Nirringrazzjakom.
[end]
Ikkummenta