avvizi parrocca

Avvizi – 29.05.2022

[category avvizi]

Avviżi – 29.05.2022 – Is-7 Ħadd tal-Għid

It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej u Jum tal-Komunikazzjoni Soċjali

1. It-Tnejn 30/05:

§ Fis-7:15pm – Laqgħa fil-Knisja Arċipretali għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.

2. It-Tlieta 31/05, Festa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta:

§ Fis-6:00pm – Rużarju fil-Knisja Arċipretali bis-sehem tal-oqsma tal-Museum tal-Parroċċa tagħna; u

§ Fis-6:30pm – Quddiesa li fiha ssir l-Inkurunazzjoni ta’ Marija.

3. Il-Ħamis 02/06:

§ Fis-7:00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat; u

§ Fis-7:30pm – Laqgħa fil-Knisja Arċipretali għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina.

4. Il-Ġimgħa 03/06, L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:

§ Filgħodu – Isir it-tqarbin tal-morda fi djarhom;

§ Fis-5:45pm – Qrar.

5. Il-Ħadd 05/06, Għid il-Ħamsin – Pentekoste:

§ Fid-9:30am – Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof.

§ Il-Ħadd li ġej ikun ukoll l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali li se tmur għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa. Fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa qed nippublikaw aġġornamenti u ritratti dwar il-proġett, fejn bħalissa qed titqaxxar iż-żebgħa.

Avviżi oħra:

6. Fi tmiem din il-ġimgħa fil-kappella tal-Palazz Verdala, fil-Buskett, qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita. Dettalji fin-notice-boards.

7. Nhar il-Ħamis li ġej se ssir laqgħa ekumenika ta’ talb imħejjija minn “Christians in Malta”. Il-laqgħa se ssir fil-Knisja tal-Iskoċċiżi fi Triq Nofsinhar fil-Belt u se tkun opportunita’ biex nitolbu flimkien ma’ insara oħrajn biex Ġesù ikun aktar parti mill-ħajja tagħna.

8. Wara waqfa ta’ aktar minn sentejn minħabba l-pandemija, nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju se tiġi organizzata attivita’ soċjali għal kulħadd fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali: Maltese Night li tinkludi tombla. Booking għall-ikel mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’. Għal min jixtieq se jiġi offrut is-servizz ta’ delivery tal-ikel fid-djar.

9. Wara din il-quddiesa, fuq iz-zuntier għandna għall-bejgħ ħelu tradizzjonali Malti.

10. Matul din il-ġimgħa daħlu € 300 bħala donazzjonijiet b’risq il-parroċċa. Nirringrazzjakom.

[
end]
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.