Avviżi – 05.06.2022 – Għid il-Ħamsin
1. Illum 05/06, Għid il-Ħamsin – Pentekoste:
§ Il-ġabra tal-lum hi tal-ewwel Ħadd tax-xahar, bl-offerti tagħkom ser imorru għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa. Nirringrazzjakom bil-quddiem.
§ Fid-9.30am – Quddiesa bis-sehem ta’ dawk li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.
2. It-Tnejn 06/06, Festa ta’ Marija Omm il-Knisja:
§ Fid-9.30 am – Quddiesa fid-Day Centre.
§ Fil-5.30 pm – Laqgħa tal-Arċipriet mat-tfal subien u bniet li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina, fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien.
3. L-Erbgħa 08/06:
§ Fil-5.15 pm – Qrar fil-knisja għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
4. Il-Ħamis 09/06:
§ Fil-5.00 pm – Rehearsal fil-knisja għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina.
§ Fis-7.00 pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
5. Il-Ġimgħa 10/06:
§ Fis-5:45pm – Laqgħa tat-tfal subien u bniet li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina, fil-M.U.S.E.U.M. tal-Bniet.
§ Fis-7:00pm – Attivita’ soċjali għal kulħadd fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali: Lejla Maltija li tinkludi tombla. Booking għall-ikel mis-sagristija jew mill-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija Ħad-Dingli’. Għal min jixtieq se jiġi offrut is-servizz ta’ delivery tal-ikel fid-djar.
6. Is-Sibt 11/06:
§ Fil-5:00pm – Qrar fil-knisja għall-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina;
§ Il-quddiesa tas-6.30pm tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
7. Il-Ħadd 12/06, it-Trinità u Jum l-Ewwel Tqarbina:
§ Fid-8:45am – Mill-Museumijiet tibda purċissjoni lejn il-Knisja mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina;
§ Fid-9:30am – Tibda l-Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina. Minħabba l-preċett, il-Ħadd li ġej il-quddiesa tal-11.00am se tibda kwarta wara, fil-11.15.
8. Matul din il-ġimgħa daħlu:
– € 150 bħala donazzjonijiet b’risq il-parroċċa. Grazzi.
[end]
Ikkummenta