Avviżi – 12.06.2022 – It-Trinità Mqaddsa – Jum l-Ewwel Tqarbina
1. Illum 12/06, it-Trinità:
§ Nifirħu u nitolbu għat-tfal li ser jirċievu dan is-Sagrament:
15 subien u 22 bniet.
§ Fid-8:45am – It-tfal flimkien mal-katekisti jibdew mexjin
f’purċissjoni mill-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. lejn il-knisja.
§ Fid-9:30am – Tibda l-Quddiesa bl-Ewwel Tqarbina.
Il-quddiesa tal-11:00am tibda fil-11:15am.
2. It-Tnejn 13/06, nibdew ngħixu Ġimgħa Ewkaristika u għalhekk kuljum sa nhar il-Ġimgħa:
§ Filgħodu – Mis-6:30am sas-7:30am: Ġesu’ Sagramentat ikun espost
għal adorazzjoni personali;
§ Filgħaxija – Mis-7:00pm sas-7:15am: Ġesu’ Sagramentat jerġa’ jkun
espost għall-adorazzjoni u l-jum jintemm bil-Barka Sagramentali.
3. Il-Ħamis 16/06, Jum sħiħ ta’ Adorazzjoni:
§ Minn wara l-Quddies ta’ filgħodu sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal min irid jagħmel ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.
§
4. Is-Sibt 18/06:
§ Fl-4:30pm – Quddiesa u wara ssir iċ-ċelebrazzjoni
tas-Sagrament tal-Magħmudija.
5. Il-Ħadd 19/06, Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi u Jum il-Missier:
§ Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin.
§ Minn wara l-quddiesa tal-11:00am sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat.
§ Fil-5:00pm – Quddiesa solenni mmexxija mill-Arċipriet Dun David Farrugia, animata mill-Kor ‘Regina Coeli’.
§ Wara – Purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, l-Iscouts u l-Girl Guides, l-Abbatini, il-Fratelli, u l-Għaqda Mużikali ’Santa Marija’. Il-Purċissjoni tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġuże’ Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa u tintemm bil-barka Sagramentali fuq iz-zuntier.
6. Avviżi oħra:
§ L-Erbgħa 15/06 – Fis-6:00pm se issir Laqgħa ġewwa ċ-Ċentru tal-Caritas fil-Ħamrun għall-Ħaddiema soċjali (Social Workers) li huma bil-warrant, u li huma mpenjati jew jinteressaw ruħhom fil-ħidma tad-Djakonija fil-komunità. Min hu interessat javviċinana għal aktar dettalji.
§ Dawk li jixtiequ jagħmlu reklam fil-programm tal-festa ppubblikat mill-parroċċa għandhom ikellmu lill-Arċipriet.
§ Nhar il-Ħamis 30 ta’ Ġunju, meta t-tfal ikunu bdew il-btajjel tas-sajf se norganizzaw ħarġa għal Kemmuna. Kitba għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.
7. Matul din il-ġimgħa daħlu:
– € 660 bħala ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda b’risq il-proġetti
ta’ restawr u manutenzjoni;
– € 130 bħala donazzjonijiet b’risq il-parroċċa. Grazzi.
8. Nitolbu għal ħutna Giovanna Battista Micallef u Judith Micallef li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …
[end]
Ikkummenta