avvizi parrocca

Avvizi – 18.06.2022

[category avvizi]

Avviżi – 19.06.2022

Is-Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej u Jum il-Missier

1. Illum 19/06, Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù – Corpus Christi:

Il-ġabra li ser isir fil-quddiesa hi “l-Offerta ta’ San Pietru”, li hi l-offerta annwali tagħna li tintbagħat lill-Papa mingħand l-insara madwar id-dinja biex iqassamha f’karita’.

Fid-9.00am ser isir it-tberik tal-oqbra fiċ-ċimiterju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Fil-quddiesa tad-9.30am li tkun bis-sehem tat-tfal se niftakru b’mod speċjali fil-missirijiet ħajjin u mejtin.

Minn wara l-quddiesa tal-11:00am sa’ qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, il-knisja ser tkun miftuħa għal ħin ta’ adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Sagramentat.

Fil-5:00pm – Quddiesa solenni mmexxija mill-Arċipriet u animata mill-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina, l-Iscouts u il-Girl Guides, l-abbatini, il-fratelli, u l-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija, li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġuże’ Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa u tintemm bil-barka Sagramentali fuq iz-zuntier.

2. Il-Ħamis 23/06:

Ser nipprovdu trasport għat-Trade Fair taħt it-tinda, Ta’ Qali. It-trasport jitlaq fis-6.00pm minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija u kitba ssir qabel għand il-membri tal-fund-raising.

Fis-7:00pm – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.

3. Il-Ġimgħa 24/06, Festa tal-Qalb ta’ Ġesù:

Fl-4.30pm issir l-espożizzjoni ta’ Ġesu’ Sagramentat għal adorazzjoni privata. Fis-6.00 pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.30pm quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri. Wara, purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina li tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Ġuże’ Abela, Għar Bittija, l-Irdum u l-Kbira, u tintemm f’Dar Don Bosco fejn isir l-Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb ta’ Ġesù u tingħata l-Barka Sagramentali.

4. Is-Sibt 25/06:

Il-quddiesa tas-6.30 p.m. se tkun bis-sagrament taż-żwieġ.

5. Il-Ħadd 26/06:

Il-ġbir fil-quddiesa tkun il-ġabra tal-Imnarja għall-bżonnijiet tal-festa ta’ barra.

Il-Ħadd li ġej fis-6.30pm se tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, li tiftaħ l-attività ”Il-Bidwi Jsellem is-Sajf” u li tibqa’ sejra sa tard filgħaxija.

6. Il-Ħamis 30/06:

Fil-bidu tal-btajjel tas-sajf għall-istudenti, se norganizzaw ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna. Kitba għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.

7. Avviżi oħra:

Il-fotografu tal-parroċċa ser ikun fiċ-Ċentru Parrokkjali jilqa’ l-ordnijiet tar-ritratti tal-Ewwel Tqarbina nhar it-Tlieta u l-Ħamis li ġej bejn l-4.30 u s-7 pm. F’dawn il-jumjen jistgħu jinġabru wkoll il-pen drives bil-video tal-istess ċelebrazzjoni.

8. Matul din il-ġimgħa daħlu:

€ 60 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġetti ta’ restawr u manutenzjoni tal-parroċċa. Nirringrazzjakom.

9. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Ġuża Cuschieri, Salvina Sammut, u Louis Buhagiar li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …

[
end]
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.