avvizi parrocca

Avvizi – 26.06.2022

[category avvizi]

Avviżi – 26.06.2022 – It-13-il Ħadd ta’ matul is-Sena

1. Il-ġabra fil-quddiesa se tkun dik tal-Imnarja biex tgħin inkopru l-ispejjeż tal-festa ta’ barra.

2. Il-Ħadd fis-6:30pm se tiġi ċċelebrara quddiesa quddiem il-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum, b’rabta mal-attività ’Il-Bidwi jsellem is-Sajf’ li tibqa’ għaddejja sa’ tard filgħaxija.

3. Nhar it-Tlieta, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sagrament taż-żwieġ.

4. It-Tlieta mit-8.00pm ‘il quddiem, il-Kumitat Festa Esterna jtella’ l-fiera tal-Imnarja bħala parti mill-attivitajiet li jkunu organizzati fil-ġonna tal-Buskett.

5. Nhar l-Erbgħa hi s-Solennità ta’ San Pietru u San Pawl – L-Imnarja. Tajjeb li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddies li dakinhar ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa imma jkollna quddiesa barranija fit-8.30am. L-Erbgħa nawguraw lill-Kan. Arċipriet David Farrugia li jiċċelebra t-18-il sena minn mindu sar saċerdot. Nifirħulu u nkomplu nwiegħduh it-talb u l-koperazzjoni.

6. Nhar il-Ħamis ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Kemmuna, fil-bidu tal-btajjel tas-sajf għall-istudenti. Tluq fit-8.00 am minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.

7. Il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.

8. Il-Ġimgħa jkun l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ta’ Lulju. Filgħodu, jsir it-Tqarbin tal-Morda fi djarhom u fit-8:30am u fis-5.45pm ikollna servizz ta’ qrar mill-knisja.

9. Il-Ġimgħa fis-6:00pm se jkollna trasport organizzat għall-Fiera l-Kbira f’Monte Kristo Estate, li jitlaq minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija. Inkitbu qabel għand il-membri tal-fund-raising.

10. Is-Sibt li ġej, il-quddiesa tal-4.30 pm tkun bis-sagrament taż-żwieġ.

11. Nhar il-Ħadd nagħmlu l-ġabra speċjali li tmur għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla minn ġewwa. Grazzi.

Avviżi oħra:

Qed nagħmlu sejħa għal abbatini ġodda. It-tfal subien li huma mħajrin – minn dawk li għamlu l-Preċett ’il fuq – jistgħu jinkitbu fis-sagristija jew jinfurmaw lill-Arċipriet.

Min jixtieq jirreklama fil-ktieb tal-festa ppubblikat mill-parroċċa għandu jkellem lill-Arċipriet sas-Sibt li ġej.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju filgħaxija ser ikollna Bar-B-Q għall-familja kollha ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali. L-attivita’ tinkludi wkoll tombla. Booking miftuħ fis-sagristija.

Matul din il-ġimgħa daħlu: € 700 bħala “l-Offerta ta’ San Pietru”, jiġifieri Offerta b’risq l-għotjiet ta’ karità li jagħmel il-Papa; u € 10 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġetti ta’ restawr u manutenzjoni tal-parroċċa. Grazzi.

Nitolbu għal Tereża Farrugia li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …

X X X X X X

[
end]
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.