avvizi parrocca

Avvizi – 03.07.2022

[category Avviżi]

Avviżi  – 03.07.2022  –  L-14-il Ħadd ta’ matul is-Sena

  1. Il-ġabra li ser issir f’din il-quddiesa hi l-ġabra speċjali tal-Ewwel Ħadd tax-xahar li tmur għall-ispejjeż li l-parroċċa trid tħallas biex qed issir il-manutenzjoni tal-koppla.  Apparti minn ġewwa, fejn hemm bżonnn ta’ manutenzjoni fuq barra dan ix-xogħol qed isir ukoll u fil-fatt għadha kemm tlestiet il-manutenzjoni tal-lanterna u nbidlet is-sistema tad-dawl tas-salib, fuq nett.  Fil-jiem li ġejjin, ix-xogħol fuq barra se jinżel aktar ’l isfel, għal fili li hemm miftuħa fuq iċ-ċinta ta’ barra tal-koppla.
  2. It-Tnejn 04/07:
  • Fid-9:30am – Quddiesa fid-Day Centre,
  • Fis-7:15pm – Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru.
  1.     Il-Ħamis 07/07:
  • Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna moment ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.
  1.     Il-Ġimgħa 08/07:
  • Filgħaxija ser ikollna Bar-B-Q għal kulħadd ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali.  L-attivita’ tinkludi wkoll tombla.  Booking miftuħ sa nhar il-Ħamis mis-sagristija jew mingħand il-membri tal-kumitat tal-festa.
  1.    Is-Sibt 09/07:
  • Fis-6:30pm – Il-quddiesa tkun bis-sagrament taż-żwieġ.
  1.    Avviżi oħra:

Nhar it-Tlieta u l-Ħamis li ġej bejn l-4:30pm u s-7pm, il-fotografu tal-parroċċa ser jerġa’ jkun fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jilqa’ l-ordni tar-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina.  F’dawn il-jumjen jistgħu jinġabru wkoll il-pendrives bil-filmat tal-istess ċelebrazzjoni.

Infakkru li l-Grupp Familji Nsara Sagra Familja tal-parroċċa  qed jorganizza edizzjoni oħra tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja.  Dan il-premju jingħata kull sena lil xi persuna jew familja fil-parroċċa tagħna li qed iwettqu ħidma fost il-familji, anke fis-silenzju.  Nominazzjonijiet għal dan il-premju bid-dettalji kollha għandhom jingħataw lill-Arċipriet. Ir-rebbieħ jitħabbar f’Jum il-Familja, fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija.

Koppji li din is-sena jiċċelebraw is-60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin huma mistiedna jħallu d-dettalji tagħhom (ismijiet u indirizz mal-Arċipriet biex tinħarġilhom stedina għal Jum il-Familja fi żmien il-festa.

Il-Knisja tibqa’ d-Dar ta’ Alla s-sena kollha.  Għalhekk għandna naraw li l-ilbies u l-imġieba tagħna jkunu jixirqu dejjem lil dan il-post.

Infakkru li f’dan il-weekend qed issir il-Maratona tal-Volleyball fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza b’risq il-ħidma tal-istess dar.

Matul din il-ġimgħa daħlu € 320 bħala donazzjonijiet b’risq il-proġetti ta’ restawr u manutenzjoni tal-parroċċa.  Grazzi mill-qalb.

[end]
close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.