avvizi parrocca

Avvizi – 10.07.2022

Avviżi  – 10.07.2022  –  L-15-il Ħadd ta’ matul is-Sena

 1. Nhar il-Ħamis 14/07: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat.

2. Il-ġabra fil-quddiesa tal-Ħadd li ġej tkun dik magħrufa bħala “tal-Qamħ” għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa.

3. Avviżi oħra:

Infakkru li qed nagħmlu sejħa għal abbatini ġodda. It-tfal subien li huma mħajrin – minn dawk li għamlu l-Preċett ’il fuq – jistgħu jinkitbu fis-sagristija jew jinfurmaw lill-Arċipriet.

Minn nhar it-Tlieta li ġej (12/07) sal-Erbgħa tal-ġimgħa ta’ wara (20/07), l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq.

Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija Maddalena – Fis-7:30pm tiġi ċċelebrata quddiesa quddiem il-kappella fuq l-irdum, iddedikata lilha u wara jkollna attivita’ soċjali. Il-biljetti għall-ikel ikunu għall-bejgħ min-nhar l-Erbgħa fis-sagristija jew ikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat tal-Festa.

L-Erbgħa 27 ta’ Lulju ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Kitba għand il-membri tal-fund-raising.

Issa li bil-mod il-mod qed toqrob il-festa, xtaqt ninfurmakom bil-quddiem b’xi attivitajiet: l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu ser ikollna l-Mixja tal-Festa bil-waqfa din is-sena se tkun quddiem il-kappella fil-ġonna tal-Palazz Verdala; u fil-15 ta’ Awwissu ser ikollna l-Pellegrinaġġ bil-muturi li jitlaq fl-10.00 a.m. mill-Imġarr u jintemm f’Ħad-Dingli.

Il-Ġimgħa 12 ta’ Awwissu – Filgħaxija ser issir ċ-ċelebrazzjoni tal-bidu uffiċjali tal-ħidma pastorali tal-Kan. David Farrugia bħala Arċipriet ta’ Ħad-Dingli, liema ċelebrazzjoni tkun immexxija mill-Arċisqof. Qed navżaw minn kmieni biex possibilment tħallu d-data libera u tattendu.

4. Matul din il-ġimgħa daħlu:

€ 610 bħala ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla; u

€ 100 bħala donazzjonijiet għall-istess għan. Nirringrazzjakom.

5. Nitolbu għal Carmelo Bonello li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .

[end]

close

Żomm ruħek aġġornat/a 👋
Ingħaqad mal-mailing list tal-Parroċċa

Aħna nieħdu ħsieb id-dettalji tiegħek u nimxu mar-regoli kollha tal-GDPR. Aqra l-privacy policy tagħna.

Ikkummenta

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.