Avviżi – 21.08.2022 – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija
1. L-Arċipriet flimkien mal-Kleru, il-Komunita’ Salesjana u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kulħadd il-FESTA T-TAJBA. Ippermettuli ħsiebi jmur ukoll llum għal dawk li għandhom xi familjari morda kemm fid-djar u kemm fl-isptarijiet u fl-emigranti. Wasslu t-tislijiet tiegħi lil dawn ħutna kollha u lill-familjari tagħhom.
2. Il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa tibda fid-9.15 a.m. Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem flimkien f’din iċ-ċelebrazzjoni bħala komunita’ parrokkjali. Il-quddiesa li soltu tkun fil-11.00, tibda fil-11.15.
3. Infakkrukom fl-importanza li ma nipparkjawx vetturi fit-toroq li minnhom tgħaddi l-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Napprezzaw twasslu dan l-appell ukoll lill-qraba tagħkom.
4. Il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija toħroġ fis-7.00 p.m. Għall-ħabta tal-10.00 p.m. imbagħad nerġgħu niltaqgħu għad-dħul tal-purċissjoni u l-kant tal-Innu l-Kbir. Wara, inħeġġiġkom biex inkunu flimkien fil-Knisja biex nirċievu l-Barka Sagramentali.
7. Il-quddiesa ta’ nhar it-Tnejn fis-6.00 a.m. ma ssirx u l-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
8. Mit-tmiem tal-festa, il-Ħadd filgħaxija, u fl-ewwel jiem tal-ġimgħa d-dieħla jkollna bżonn ħafna għajnuna kemm fiż-żarmar fil-knisja u barra, fit-tiwi tad-damask u fit-tindif tal-knisja. Napprezzaw ħafna dik id-daqqa t’id li tistgħu toffru. Tiddejqux tavviċinawna.
9. It-Tnejn, l-għada tal-festa, ikollna ħarġa ta’ ġurnata baħar, Little Armier. It-tluq ikun fit-8.30 a.m. U nhar il-Ħamis ser ikollna ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex u dakinhar nitilqu fis-7.00 a.m. Trasport jitlaq minn ħdejn l-għassa. Kitba għal dawn l-attivitajiet għand il-membri tal-fund-raising.
10. Avviżi oħra:
Infakkru lil min għadu ma tax is-sehem tiegħu għall-festa ta’ ġewwa biex ma joqgħodx lura. Jista’ jħalli l-envelope fil-Knisja waqt il-ġbir jew fil-kaxxa fuq il-mejda tal-offerti.
Matul din il-ġimgħa:
– 28 persuna resqu biex jagħtu d-demm il-Ħadd li għadda. Prosit.
– 25 hamper tqassmu lill-persuni fil-bżonn permezz tal-oġġetti li ġibtu l-knisja;
– € 1,000 ingħataw lil Hospice Malta bħala ġabra ta’ karita’ fi żmien il-festa; u
– € 30 daħlu bħala donazzjonijiet b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Grazzi.
Ikkummenta